Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1544/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola f’ċerti stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/1544@2007-12-20/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, u b’mod partikolari l Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna għall-ħalib mogħti lill-istudenti fi stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni, irrispettivament mill-kontenut ta’ xaħam fih, u jistipula l-adattament tal-livell ta’ għajnuna għal prodotti oħra eliġibbli.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.
(3) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2707/2000 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
(1)
Artikolu 3
1. L-Istati Membri jistgħu jħallsu l-għajnuna għall-prodotti eliġibbli li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness I.
2. Fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut, il-ħalib bit-togħma taċ-ċikkulata jew ta’ xorta oħra jista’ jkun ħalib rikostitwit.
3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żieda ta’ massimu ta’ 5 mg ta’ fluworin għal kull kilogramma mal-prodotti tal-kategorija I.
4. Għandha tingħata għajnuna biss fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament jekk il-prodotti huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari mar-rekwiżiti ta’ preparazzjoni fi stabbiliment approvat u mar-rekwiżiti ta’ mmarkar ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2) L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:
2)
1. Ir-rati ta’ għajnuna jinsabu fl-Anness II.;
3) L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:
3)
2. Għall-prodotti tal-kategoriji II sa VI li jinsabu fl-Anness 1 il-kalkolu għandu jsir skond dawn l-ekwivalenzi:
2.
(a) il-kategorija II: 100 kg = 300 kg ħalib;
(b) il-kategorija III: 100 kg = 765 kg ħalib;
(c) il-kategorija IV: 100 kg = 850 kg ħalib;
(d) il-kategorija V: 100 kg = 935 kg ħalib;
(e) il-kategorija VI: 100 kg = 750 kg ħalib.
4) L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
L-ANNESS I IL-LISTA TAL-PRODOTTI ELIĠIBBLI GĦALL-GĦAJNUNA KOMUNITARJA
Il-Kategorija I (a)(b)(ċ)
ħalib ittrattat bis-sħana ħalib ittrattat bis-sħana bit-togħma taċ-ċikkulata jew ta’ xorta oħra, li jkun fih mill-anqas 90 % bħala piż tal-ħalib imsemmi f’(a) Jogurt jew piimä/filmjölk jew piimä/fil ipproċessati mill-ħalib imsemmi f’(a)
Il-Kategorija II
Ġobnijiet mhux imħawra friski u pproċessati b’kontenut ta’ xaħam bħala piż ta’ materjal niexef ta’ mill-anqas 40 %
Il-Kategorija III
Ġobnijiet oħra minbarra dawk friski u pproċessati, b’kontenut ta’ xaħam bħala piż ta’ materjal niexef ta’ mill-anqas 45 %.
Il-Kategorija IV
Ġobon Grana Padano.
Il-Kategorija V
Ġobon Parmigiano-Reggiano
Il-Kategorija VI
Ġobon Halloumi
L-ANNESS II Rati ta’ għajnuna (a)(b)(c)(d)(e)(f)
EUR 18,15/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I EUR 54,45/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II EUR 138,85/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III EUR 154,28/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV EUR 169,70/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V EUR 136,13/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI