Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/250/KE rigward l-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1454) (2007/220/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/220@2007-04-05/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, ix-xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw f'pajjiżi mhux Ewropej, minbarra pajjiżi tal-Mediterran, l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, ma jistgħux fil-prinċipju jiddaħħlu fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m'hemmx riskju ta' tifrix ta' organiżmi perikolużi.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/250/KE li tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li ġejjin mir-Repubblika ta' l-Afrika ta'Isfel.
(3) Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din id-deroga għadhom validi u m'hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtiega ta' reviżjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi.
(4) Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati għal perjodu limitat ta' żmien li jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' dawn il-pjanti taħt ċerti kondizzjonijiet speċifiċi.
(5) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2003/250/KE hija emendata kif ġej: Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, jiżdiedu l-punti (e) sa (h) li ġejjin:
Artikolu 1
(e) l-1 ta' Ġunju 2007 sat-30 ta' Settembru 2007;
(f) l-1 ta' Ġunju 2008 sat-30 ta' Settembru 2008;
(g) l-1 ta' Ġunju 2009 sat-30 ta' Settembru 2009;
(h) l-1 ta' Ġunju 2010 sat-30 ta' Settembru 2010.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 4 ta' April 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni