Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007 (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6971) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2007/22/KE)

In forceVersion 2007-01-12from 2006-12-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/22@2007-01-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, u b'mod partikolari l-Artikolu 24(6) u l-Artikoli 29 u 32 tagħha,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007, il-Kummissjoni approvat il-programmi sottomessi mill-Istati Membri li jidhru fil-lista tal-programmi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/687/KE.

(2) Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva n-nefqa kollha ppreżentata għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola, ir-rata tal-konverżjoni għan-nefqa f'munita li mhux ewro għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru kkonċernat.

(3) Id-Deċiżjoni 2006/875/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Artikoli 17 u 18 tad-Deċiżjoni 2006/875/KE huma mibdula b'dan li ġej: -

Artikolu 1

Artikolu 17 In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

Artikolu 18 Meta n-nefqa ta' Stat Membru tkun f'munita li mhux l-ewro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'ewro billi japplika r-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2007-01-12