Gelex

Direttiva 2007/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi lill-kuntratturi li jaġixxu permezz ta' aġenziji jew fergħat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2007-05-23from 2007-06-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/24@2007-05-23/mt

Contents
  1. Preamble

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, il-Kummissjoni ħabbret, inter alia, l-intenzjoni tagħha li tipproċedi billi tagħmel studju ta' l-acquis sabiex tistabbilixxi jekk dan setax jiġi ssimplifikat, per eżempju permezz tat-tħassir ta' atti li jkunu saru obsoleti.

(2) Bħala riżultat ta' l-adozzjoni ta' diversi atti ta' natura leġiżlattiva fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku, l-aktar reċenti fosthom id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tal-posta, u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif ukoll fid-dawl ta' l-iżviluppi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari d-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Lulju 1991 fil-kawża C-76/90 Säger, sar possibbli li jintlaħaq livell ta' protezzjoni ugwali jew superjuri għal dak provdut taħt id-Direttiva 71/304/KEE.

(3) Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, filwaqt li ma jiġux preġudikati d-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi, id-Direttiva 71/304/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Id-Direttiva 71/304 KEE hija b'dan imħassra.

Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 23 ta' Mejju 2007. Għall-Parlament Ewropew Il-President H.-G. Pöttering Għall-Kunsill Il-President G. Gloser

Versions

  1. 2007-05-23