Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2007 li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni (2007/260/KE)

In forceVersion 2007-04-28from 2007-04-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/260@2007-04-28/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1) Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010,

(2) Sar vakanti post ta' membru supplenti wara r-riżenja tas-Sur Alberto ZAN.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010: is-Sinjura Carmela CASILE, Consigliere comunale del Comune di Giaveno (Torino), biex tissostitwixxi lis-Sur Alberto ZAN.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ April 2007. Għall-Kunsill Il-President H. Seehofer

Versions

  1. 2007-04-28