Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka fl-2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1820) (It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku) (2007/310/KE)

In forceVersion 2007-04-27from 2007-05-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/310@2007-04-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Il-Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità
  3. Artikolu 2 Destinatarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Id-Deċiżjoni 90/424/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/53/KE, tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Istati Membri biex tkopri ċerti spejjeż involuti fit-teħid ta’ miżuri biex tinqered l-influwenza tat-tjur.

(2) Seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka fl-2006. Li tfaċċat din il-marda jirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. Skond l-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Danimarka ħadet miżuri biex tikkumbatti dawn it-tifqigħat.

(3) Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandu jsir soġġett għall-kondizzjoni li l-miżuri ppjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet kompetenti pprovdew t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni f’ċerti limiti taż-żmien.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE, wara l-emenda tad-Deċiżjoni 90/424/KEE bid-Deċiżjoni 2006/53/KE, ma jkoprix aktar l-influwenza tat-tjur. Għalhekk jeħtieġ li jiġi espressament ipprovdut fid-Deċiżjoni preżenti li l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja lid-Danimarka jkun suġġett għal konformità ma’ ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(5) L-Artikolu 3a(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jipprovdi li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru.

(6) Id-Danimarka kienet konformi fis-sħiħ ma’ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stabbilit fl-Artikoli 3(3) u 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Id-Danimarka ressqet it-tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż imġarrba fi ħdan il-qafas ta’ din it-tifqigħa fit-8 ta’ Ġunju 2006 u minn dakinhar issuktat tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar spejjeż ta’ kumpens u l-spiża ta’ l-operazzjonijiet.

(7) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

1. Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lid-Danimarka għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-2006. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba li huma eliġibbli għall-fondi tal-Komunità.

2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 2 sa 5 u l-Artikoli 7 u 8 u l-Artikolu 9(2), (3) u (4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 għandhom japplikaw bit-tibdil meħtieġ.

Artikolu 2 Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2007-04-27