Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2379) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/421/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/421@2007-06-14/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta’ l-amministrazzjonÿiet marittimi, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/587/KE elenkat l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Istati Membri skond id-Direttiva 94/57/KE.
(2) F’konformità ma’ l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 94/57/KE, l-organizzazzjonijiet li fit-22 ta’ Jannar 2002 kienu diġà rikonoxxuti abbażi tad-Direttiva msemmija għandhom ikomplu jkunu rikonoxxuti.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE estendiet ir-rikonoxximent limitat tar-Reġistru Elleniku tal-Bastimenti għal perjodu ta’ tliet snin, b’effetti għal Greċja u Ċipru.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/382/KE estendiet ir-rikonoxximent limitat tar-Reġistru Elleniku tal-Bastimenti b’effetti għal Malta.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/660/KE tat ir-rikonoxximent limitat tal-Komunità lir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti għal perjodu ta’ tliet snin, b’effetti għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u r-Repubblika Slovakka.
(6) Id-Deċiżjoni 96/587/KE, li llum skadiet, għalhekk għandha titħassar filwaqt li kull tant żmien għandha tiġi ppubblikata lista aġġornata ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva 94/57/KE fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 96/587/EC hija mħassra.
Artikolu 2 Id-Direttir Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea lista aġġornata ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva 94/57/KE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Jacques Barrot Viċi President