Gelex

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (Verżjoni kodifikata)

In forceVersion 2007-06-29from 2007-07-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/42@2007-06-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 2.
  4. Artikolu 2
  5. Artikolu 3
  6. Artikolu 4
  7. Artikolu 6
  8. ANNEX
  9. ANNESS I DESKRIZZJONI TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA
  10. ANNESS II LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA NB: L-EWWEL PARTI A.B.1.———————————2.———————————————————————————————————— TIENI PARTI A.B.C.1.——2.—————————3.—————————————4.4.1.4.2.————————————————5.—————————————————— Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksija
  11. ANNESS III
  12. PARTI A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 7)
  13. PARTI B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 7)
  14. ANNESS IV Tabella ta’ korrelazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2) Il-miżuri tal-Komunità kkunsidrati minn din id-Direttiva mhumiex biss meħtieġa imma wkoll indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq intern. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu individwalment mill-Istati Membri. Barra minn dan, it-twettiq tagħhom fil-livell tal-Komunità huwa diġà previst mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(3) Biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fil-każ ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża, l-istrument xieraq kien direttiva speċifika fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(4) Kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi.

(5) Il-metodu biex jiddetermina n-nuqqas ta’ ċaqliq ta’ sustanzi koloranti għandu jkun stabbilit fi stadju aktar avvanzat.

(6) Sakemm jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità u metodi ta’ l-analiżi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(7) Lista ta’ sustanzi approvati, flimkien mal-limiti ta’ kwantitajiet li għandhom jintużaw, f’dan il-każ speċifiku huwa biżżejjed biex fil-prinċipju jintlaħaq l-iskop stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(8) Madankollu, il-bis(2-hydroxyethyl)ether (= diethyleneglycol) u ethanediol (= monoethyleneglycol), jistgħu jiċċaqalqu estensivament lejn ċertu ikel u għalhekk biex tiġi evitata din il-possibiltà, bħala miżura preventiva, huwa aktar xieraq li tkun stabbilita definittivament il-kwantità massima awtorizzata ta’ sustanzi bħal dawn fl-ikel li kienu f’kuntatt ma’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża.

(9) Biex tkun protetta s-saħħa tal-konsumatur, kuntatt dirett bejn l-ikel u superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun evitat.

(10) Id-dikjarazzjoni bil-miktub li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għandha tkun prevista fil-każ ta’ l-użu professjonali ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel, apparti minn dawk li, fin-natura tagħhom, huma intiżi għal dan l-użu.

(11) Ir-regoli li jridu jiġu applikati għat-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża għandhom ikunu speċifiċi għan-natura tas-saff f’kuntatt ma’ l-oġġett ta’ l-ikel. Għal din ir-raġuni, il-ħtiġijiet għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, għandhom ikunu differenti minn dawk previsti għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati mhux miksija jew miksija b’kisi li joriġina miċ-ċelluloża.

(12) Sustanzi awtorizzati biss għandhom jintużaw fil-fabbrikazzjoni tat-tipi kollha ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati, inkluż tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati miksija bil-plastik.

(13) Fil-każ ta’ tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, is-saff f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jikkonsisti minn materjali simili għal materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli previsti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 li għandhom x’jaqsmu ma’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel japplikaw ukoll għal dawn it-tertuqi.

(14) Fl-interess ta’ konsistenza ta’ leġislazzjoni Komunitarja, il-kontroll ta’ konformità ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża miksija bil-plastik mal-limiti ta’ ċaqliq stabbiliti mid-Direttiva 2002/72/KE għandha titwettaq skond ir-regoli preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1982 li tippreskrivi r-regoli bażiċi meħtieġa għat-testjar taċ-ċaqliq tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u d-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1985 li tippreskrivi l-lista ta’ simulanti li jridu jintużaw għall-ittestjar taċ-ċaqliq ta’ kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel.

(15) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(16) Id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva hija direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004,

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża fit-tifsira mogħtija fl-Anness I, intiża biex tiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew li, minħabba l-iskop tagħha, tiġi f’dan it-tip ta’ kuntatt, u li jew:

2.

(a) tikkostitwixxi prodott lest fiha nnifsha, jew

(b) tifforma parti minn prodott lest li fih materjali oħra.

3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata.

Artikolu 2 It-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jappartjenu għal wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:

Artikolu 2

(a) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi;

(b) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li joriġina miċ-ċelluloża; jew

(ċ) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li jikkonsisti mill-plastik.

Artikolu 3

1. Tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati msemmija f’punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Anness II bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, is-sustanzi apparti dawk elenkati fl-Anness II, jistgħu jkunu użati meta dawn is-sustanzi jkunu maħsuba bħala sustanzi koloranti (kuluri u pigmenti) jew bħala adesivi, sakemm ma jkun hemm l-ebda traċċa ta’ ċaqliq tas-sustanzi fi jew fuq l-ikel, li jistgħu jkunu osservati b’metodu validat.

Artikolu 4

1. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss, qabel il-kisi, permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-ewwel parti ta’ l-Anness II, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

2. Il-kisi li jrid jiġi applikat lit-tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi fabbrikat biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Annessi II sa VI mad-Direttiva 2002/72/KE, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/72/KE.

Artikolu 5 Superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża m’għandhomx jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

Artikolu 6

1. Fl-istadji tat-tqegħid fis-suq li m’humiex stadji ta’ bejgħ bl-imnut, il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża li huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub bi qbil mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża li fin-natura tagħhom huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel.

3. Fil-każ li kondizzjonijiet speċjali ta’ l-użu huma indikati, il-materjal jew l-oġġett magħmul minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun immarkat kif xieraq.

Artikolu 7 Id-Direttiva 93/10/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 8 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS I DESKRIZZJONI TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA

Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża hija folja rqiqa ta’ materjal miksub minn ċelluloża raffinata li ġejja minn injam jew qoton mhux riċiklat. Biex jintlaħqu l-ħtiġiet tekniċi, sustanzi xierqa jistgħu jiżdiedu jew fil-massa jew fuq is-superfiċji. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża tista’ tkun miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat.

ANNESS II LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA NB: L-EWWEL PARTI A.B.1.———————————2.———————————————————————————————————— TIENI PARTI A.B.C.1.——2.—————————3.—————————————4.4.1.4.2.————————————————5.—————————————————— Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksija

Denominazzjonijiet Restrizzjonijiet Ċelluloża riġenerata Mhux inqas minn 72 % (w/w) Addittivi Softeners Mhux iktar minn 27 % (w/w) bħala total Bis(2-hydroxyethyl) ether [= diethyleneglycol]) Biss għal tertuqa intiża biex tiġi miksija u imbagħad użata għall-ikel li mhux niedi, jiġifieri li ma fihx ilma li huwa fiżikament ħieles fil-wiċċ. L-ammont totali ta’ bis(2 hydroxyethyl)ether u ethanediol preżenti fl-ikel li kien f’kuntatt mat-tertuqa ta’ dan it-tip ma jistax jeċċedi 30 mg/kg ta’ l-ikel. Ethanediol [= monoethyleneglycol] 1,3-butanediol Glycerol 1,2-propanediol [= 1,2 propyleneglycol] Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol] Piż molekolari medju bejn 250 u 1200 1,2-polypropylene oxide [= 1,2 propyleneglycol] Piż molekolari medju mhux akbar minn 400 u kontenut ħieles ta’ 1,3-propanediol mhux akbar minn 1 % (w/w) fis-sustanza Sorbitol Tetraethyleneglycol Triethyleneglycol Urea Addittivi oħra Mhux aktar minn 1 % (w/w) bħala total L-ewwel klassi Il-kwantità tas-sustanza jew tal-grupp tas-sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 2 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Aċidu aċetiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu Aċidu askorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu Aċidu benżojku u sodium benzoate Aċidu formiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu Aċidi tax-xaħmijiet lineari, niedja jew mhux niedja b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll aċidi behenic u ricinoleic u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K, Na, Al, Zn ta’ dawn l-aċidi Aċidi ċitriċi, d u 1 lattiċi, malejċi, 1-tartariċi u l-imluħa Na u K tagħhom Aċidu sorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu Aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll l-amidi ta’ aċidi behemic u ricinoleic Lamtu u dqiq naturali li jittiekel Lamtu u dqiq li jittiekel modifikat bi trattament kimiku Amylose Karbonati u kloruri tal-kalċju u l-manjeżju Esteri tal-glycrol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u/jew b’aċidi adipiċi, ċitriċi, 12-hydroxystearic (oxystearin), ricinoleic Esteri tal-polyoxyethylene (8 sa 14 gruppi ta’ oxyethylene) b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv Esteri ta’ sorbitol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv Mono- u/jew di-esteri ta’ aċidu stearic b’ethanediol u/jew bis(2-hydroxyethyl) ether u/jew triethylene glycol Osidi u idro-ossidi ta’ l-aluminju, tal-kalċju, tal-manjeżju u tas-silikon u tas-silikati u silikati idrati ta’ l-aluminju, l-kalċju, l-manjeżju u l-potassju. Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol] Piż molekolari medju bejn 1200 u 4000 Sodju propjoniku It-tieni klassi Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija u l-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 0,2 mg/dm2 (jew limitu aktar baxx meta wieħed huwa speċifikat) tat-tertuqa mhux miksija. Sodju alkiliku (C8 sa C18) benzene sulphonate Sodju isopropiliku naphthalene sulphonate Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfat Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfonat Sodju diocytlsulphosuccinate Distearate ta’ dihydroxyethyl diethylene triamine monoacetate Mhux aktar minn 0,05 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Sulfati lawrili ta’ l-ammonju, tal-manjeżju u tal-potassium N,N′-distearoyl diaminoethane, N,N′-dipalmitoyl diaminoethane u N,N′-dioleoyl diaminoethane 2-heptadKEyl-4,4-bis(methylene-stearate) oxazoline Polyethylene-aminostearamide ethylsulphate Mhux aktar minn 0,1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija It-tielet klassi – Aġent li jorbot Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun immodifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin: Butanol, diethylenetriamine, ethanol, triethlyenetetramine, tetraethylenepentamine, tri-(2-hydroxyethyl) amine, 3,3′-diaminodipropylamine, 4,4′-diaminodibutylamine Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 ta’ tertuqa mhux miksija Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-urea-formaldehyde modifikat b’tris-(2-hydroxyethyl)amine Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Cross-linked cationic polyalkyleneamines: Bi qbil mad-direttivi tal-Komunità u fin-nuqqas tagħhom, mal-leġislazzjoni nazzjonali, pendenti fuq l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Komunità Polyethyleneamines u polyethyleneimines Mhux aktar minn 0,75 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ urea-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun modifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin: aċidu aminomethylsulphonic, aċidu sulphanillic, butanol, diaminobutane, diaminodiethylamine, diaminodipropylamine, diaminopropane, diethylenetriamine, ethanol, guanidine, methanol, tetraethylenepentamine, triethylenetetramine, sodium sulphite Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Ir-raba’ klassi Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 0,01 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Prodotti li jirriżultaw mir-reazzjoni ta’ l-amini taż-żjut ta’ l-ikel ma’ polyethylene oxide Monoethanolamine lauryl sulphate Denominazzjonijiet Restrizzjonijiet Ċelluloża riġenerata Ara l-ewwel parti Addittivi Ara l-ewwel parti Kisi Polimeri Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 50 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Ethyl, hydroxyethyl, hydroxypropyl u methyl ethers ta’ ċelluloża Nitrat taċ-ċelluloża Mhux aktar minn 20 mg/dm2 ta’ kisi tat-tertuqa fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel; kontenut ta’ nitroġenu bejn 10,8 % (w/w) u 12,2 % (w/w) fin-nitrat taċ-ċelluloża Reżini Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 12,5 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel u biss għat-tħejjija ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża b’kisi bil-bażi ta’ nitrat taċ-ċelluloża Kaseina Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni u l-esteri tagħhom ta’ methyl, ethyl, jew C2 sa C6 polyvalent alkoħol, jew taħlitiet ta’ dawn l-alkoħol Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni ikkondensati b’aċidi alryliċi, maleic, citric, fumaric u/jew phthalic u/jew 2,2 bis (4-hydroxyphenyl) propane formaldehyde u esterified b’methyl ethyl jew C2 sa C6 polyvalent alkoħols, jew taħlit ta’ dawn l- alkoħol Esteri derivati minn bis(2-hydroxyethyl) ether bi prodotti addizzjonali ta’ betapinene u/jew dipentene u/jew diterpene u maleic anhydride Ġelatina li tittiekel Żejt tar-rignu u l-prodotti tiegħu ta’ deidratazzjoni jew idroġenizzazzjoni u l-prodotti tiegħu ta’ kondensazzjoni ma’ polyglycerol, aċidi adipic, citric, maleic, phthalic u sebacic Gomma naturali [= damar] Poly-beta-pinene [= reżini terpenic] Reżini urea-formaldehyde (ara anchoring agents) Plasticizers Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Acetyl tributyl citrate Acetyl tri(2-ethylhexyl) citrate Di-isobutyl adipate Di-n-butyl adipate Di-n-hexyl azelate Dicyclohexyl phthalate Mhux aktar minn 4,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel 2-ethylhexyl diphenyl phosphate (sinonimu: phosphoric acid diphenyl 2-ethylhexyl ester) L-ammont ta’ 2-ethylhexyl diphenyl phosphate m’għandux jaqbeż: Glycerol monoacetate [= monoacetin] Glycerol diacetate [= diacetin] Glycerol triacetate [= triacetin] Di-butyl-sebacate Di-n-butyl tartrate Di-isobutyl tartrate Addittivi oħra Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 fit-tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Addittivi mniżżla fl-ewwel parti: L-istess restrizzjonijiet bħal fl-ewwel parti (però l-kwantitajiet f’mg/dm2 jirreferu għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel) Additivi speċifiċi tal-kisi: Il-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż m’għandhiex taqbeż iż-2 mg/dm2 (jew limitu inqas meta wieħed ikun speċifikat) tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-ikel. 1-hexadecanol u 1-octadecanol Esteri ta’ aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u ta’ aċidu ricinoleic ma’ ethyl, butyl, amyl, oleyl linear alkoħols Xemgħa montan, li tikkomprendi aċidi montanic purifikati (C26 sa C32) u/jew l-esteri tagħhom b’ethanediol u/jew 1,3 butanediol u/jew l-imluħa tal-kalċju u potassju tagħhom Xemgħa karnawba Xemgħa tan-naħal Xemgħa esparto Xemgħa kandelilla Dimethylpolysiloxane Mhux aktar minn 1 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Żejt tal-fażola tas-soya epossidat (kontenut ta’ oxirane 6 sa 8 %) Paraffina raffinata u xemgħa mikrokristallina Pentaerythritol tetrastearate Mono u bis(octadKEyldiethyleneoxide)-phosphates Mhux aktar minn 0,2 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Aċidi alifatiċi (C8 sa C20) esterifikati b’mono- jew di-(2-hydroxyethyl)amine 2- u 3-tert.butyl-4-hydroxyanisole – [= [butylated hydroxyanisole – BHA] Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel 2,6-di-tert.butyl-4-methylphenol [= butylated hydroxytoluene - BHT] Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Di-n-octyltin-bis(2-ethylhexyl) maleate Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Solventi Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel Butyl acetate Ethyl acetate Isobutyl acetate Isopropyl acetate Propyl acetate Acetone 1-butanol Ethanol 2-butanol 2-propanol 1-propanol Cyclohexane Ethyleneglycol monobutyl ether Ethyleneglycol monobutyl ether acetate Methyl ethyl ketone Methyl isobutyl ketone Tetrahydrofuran Toluene Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Il-persentaġġi f’dan l-Anness, fl-ewwel u t-tieni parti, huma espressi f’piż/piż (w/w) u huma kkalkolati b’relazzjoni mal-kwantità ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża anidra mhux miksi.

Id-denominazzjonijiet tekniċi tas-soltu huma mogħtija fil-parentesi.

Is-sustanzi użati għandhom ikunu ta’ kwalità teknika tajba f’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterji ta’ purità.

LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA NB: L-EWWEL PARTI A.B.1.———————————2.———————————————————————————————— Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija

(a) reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq diaminopropylmethylamine u epichlorhydrin

(b) reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, aċidu adipiku, caprolactam, diethylenetriamine u/jew ethylenediamine

(c) reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq aċidu adipiku, diethylenetriamine u epichlorhydrin, jew taħlita ta’ epichlorhydrin u ammonja

(d) reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, dimethyl, adipate u diethylenetriamine

(e) reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażat fuq epichlorhydrin, adipamide u diaminopropylmethylamine

LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA NB: L-EWWEL PARTI A.B.1.———————————2.———————————————————————————————————— TIENI PARTI A.B.C.1.——2.—————————3.——————— Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksija

(a) 2,4 mg/kg ta’ l-oġġett ta’ l-ikel f’kuntatt ma’ dan it-tip ta’ film, jew

(b) 0.4 mg/dm2 fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

ANNESS III

PARTI A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE (ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27). Direttiva tal-Kummissjoni 93/111/KE (ĠU L 310, 14.12.1993, p. 41). Direttiva tal-Kummissjoni 2004/14/KE (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48).

PARTI B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni Data ta’ applikazzjoni 93/10/KEE fl-1 ta’ Jannar 1994. l-1 ta’ Jannar 1994 l-1 ta’ Jannar 1994 l-1 ta’ Jannar 1995 93/111/KE — — 2004/14/KE fid-29 ta’ Lulju 2005. id-29 ta’ Lulju 2005 id-29 ta’ Jannar 2006

ANNESS IV Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 93/10/KEE Din id-Direttvia Artikolu 1(1) u (2) Artikolu 1(1) u (2) Artikolu 1(3), kliem tal-bidu, punt (b) Artikolu 1(3) Artikolu 1a Artikolu 2 Artikolu 2 Artikolu 3 Artikolu 2a Artikolu 4 Artikolu 3 Artikolu 5 Artikolu 4 Artikolu 6 Artikolu 5 — Artikolu 6 — — Artikolu 7 — Artikolu 8 Artikolu 7 Artikolu 9 Anness I Anness I Anness II Anness II Anness III — — Anness III — Anness IV

Versions

  1. 2007-06-29