Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2007/518/KE, Euratom)

In forceVersion 2007-07-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/518@2007-07-10/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom li taħtar il-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Spanjol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi post ta’ membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Pedro BARATO TRIGUERO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Is-Sur Pedro Raúl NARRO SÁNCHEZ huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Pedro BARATO TRIGUERO għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007. Għall-Kunsill Il-President F. Teixeira dos Santos

Versions

  1. 2007-07-10