Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 528/2007 ta' l-10 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ta' l-ICES I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

In forceVersion 2007-05-10from 2007-05-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/528@2007-05-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 L-eżawriment tal-kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid, jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2) Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qbid ta' l-istokk imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru rreġistrat fl-Istat Membru msemmi fih eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3) Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-eżawriment tal-kwota

Il-kwota għas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stabbilita f'dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk i msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi fih jew li ġew irreġistrati f'dan il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007. Għall-Kummissjoni Fokion Fotiadis Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

ANNEX

ANNESS

Nru 07 Stat membru Portugall Stokk COD/1N2AB. Speċi Merluzz (Gadus morhua) Żona Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ICES I u II Data 13 ta’ April 2007

Versions

  1. 2007-05-10