Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 626/2007 tas-6 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

In forceVersion 2007-06-06from 2007-06-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/626@2007-06-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor, u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1) L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006. Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2007.

(2) L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 17029099 applikabbli mis-7 ta’ Ġunju 2007 'l quddiem

(EUR) Kodiċi NM Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat 17011110 20,44 6,08 17011190 20,44 11,64 17011210 20,44 5,89 17011290 20,44 11,12 17019100 23,43 14,01 17019910 23,43 9,00 17019990 23,43 9,00 17029099 0,23 0,41

Versions

  1. 2007-06-06