Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/666@2007-06-14/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta' Mejju 2007 għall-prodotti li qegħdin imniżżla fl-Anness, esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2007.
(2) Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 571/2007 għall-informazzjoni li hemm attwalment disponibbli għand il-Kummissjoni, isegwi li r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni attwalment applikabbli għandhom jiġu modifikati kif muri f’dan l-Anness,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-rati ta’ rifużjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 571/2007 huma għalhekk modifikati kif muri f’dan l-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Heinz Zourek Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
ANNEX
ANNESS rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat
Kodiċi NM Deskrizzjoni Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet Oħra 17019910 Zokkor abjad: 33,78 33,78