Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Ġunju 2007

In forceVersion 2007-06-15from 2007-06-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/674@2007-06-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2007
  4. ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I 1.2. 1.6.2007-14.6.2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2) L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3) L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ ta' kwalità għolja), 100200, 10051090, 10059000 u 10070090, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4) Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-16 ta’ Ġunju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Mill-16 ta’ Ġunju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS I Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2007

Kodiċi NK Isem tal-merkanziji Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/t) 10011000 QAMĦ iebes ta' kwalità għolja 0,00 ta' kwalità medja 0,00 ta' kwalità baxxa 0,00 10019091 QAMĦ għaż-żrigħ 0,00 ex10019099 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ 0,00 10020000 SEGALA 0,00 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu 0,00 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ 0,00 10070090 SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ 0,00

ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I 1.2. 1.6.2007-14.6.2007

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: (EUR/t) Qamħ Qamħirrum Qamħ iebes kwalità għolja Qamħ iebes, kwalità medja Qamħ iebes kwalità baxxa Xgħir Borża Minneapolis Chicago — — — — Kwotazzjoni 164,25 114,42 — — — — Prezz FOB USA — — 180,51 170,51 150,51 151,47 Tariffa fuq il-Golf — 12,63 — — — — Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar 10,96 — — — — — Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam 36,68 EUR/t Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam: 36,77 EUR/t

Versions

  1. 2007-06-15