Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea (2007/787/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/787@2007-11-29/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005 u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fil-31 ta’ Ottubru 2007.
(2) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,
IDDEĊIEDA:
Artikolu Uniku
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007 Għall-Kunsill Il-President M. Lino