Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 Li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2007-07-16from 2007-08-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/833@2007-07-16/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq’ u b’mod partikulari l-Artikolu 5(4) u (5) tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1172/98, waqt perjodu tranżitorju mill-1 ta’ Jannar 1999 l-Istati Membri ppermettew l-użu ta’ kodifar simplifikat għall-postijiet fejn tinħatt il-merkanzija; Kodifarkodifikazzjoni reġjonali sħiħa ma kinitx meħtieġa għat-trasport internazzjonali fiż-ŻEE.

(2) F’konformità ma’ l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) nru 1172/98, hu neċessarju li tkun iffissata d-data ta’ skadenza tal-perjodu tranżitorju, issa li hemm il-kondizzjonijiet tekniċi li jippermettu sistema effettiva ta’ kodifikazzjoni reġjonali biex tintuża kemm għat-trasport nazzjonali kif ukoll għal dak internazzjonali skond it-taqsimiet 1 u 2 ta’ l-Anness Ġ tiegħu.

(3) Hu neċessarju li jkun żgurat li r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar it-twaqqif ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorali għall-istatistika (NUTS) li daħlet fis-seħħ fl-2003 ikun applikat.

(4) Dan ir-Regolament ma jibdilx l-istat jew il-kontenut tal-varjabbli li huma ddikjarati bħala mhux obbligatorji fir-Regolament (KE) Nru 1172/98.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007. Għall-Kummissjoni Joaquín Almunia Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2007-07-16