Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 841/2007 tas-17 ta’ Lulju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

In forceVersion 2007-07-17from 2007-07-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/841@2007-07-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd, u b’ mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet, jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilità u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

(3) Skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien ta’ l-istess tul bħal dak li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4) L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-rati tar-refużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007. Għall-Kummissjoni Heinz Zourek Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija

ANNEX

ANNESS rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-18 ta’ Lulju 2007 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat (a)(b)

(EUR/100 kg) Kodiċi NM Deskrizzjoni Destinazzjoni Rata tar-rifużjoni 040700 Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar: – Tat-tjur: 04070030 – – Oħra: Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 35021190 u 35021990 02 0,00 03 20,00 04 0,00 Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra 01 0,00 0408 Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le: – L-isfar tal-bajd: 040811 – – Imnixxef: ex04081180 – – – Tajjeb għall-konsum uman: mhux miżjud bi ħlewwa 01 50,00 040819 – – Oħra: – – – Tajjeb għall-konsum uman: ex04081981 – – – – Likwidu: Mhux miżjud bi ħlewwa 01 25,00 ex04081989 – – – – Iffriżat: mhux miżjud bi ħlewwa 01 25,00 – Oħra: 040891 – – Imnixxef: ex04089180 – – – Tajjeb għall-konsum uman: mhux miżjud bi ħlewwa 01 73,00 040899 – – Oħra: ex04089980 – – – Tajjeb għall-konsum uman: mhux miżjud bi ħlewwa 01 18,00

Versions

  1. 2007-07-17
  2. 2007-09-13