Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 869/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar ir-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni fi ħdan ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/869@2007-07-23/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti annimali bovini ħajjin fi ħdan il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fetħu mal-Bulgarija jew mar-Rumanija fuq bażi multiannwali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2005 tat-28 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mill-Bulgarija, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mir-Rumanija, previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE, ġew soġġetti għall-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ importazzjoni mmexxija permezz tal-liċenzji ta’ importazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2007, dawk il-liċenzji ta’ importazzjoni ma setgħux ikomplu jintużaw għal tali kummerċ.
(2) Ċerti drittijiet ta’ importazzjoni li ngħataw f'Lulju 2006 u li normalment huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2007, ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment. In-nuqqas li jitwettqu l-obbligi li saru marbuta ma’ dawk id-drittijiet ta’ importazzjoni għandu jirriżulta fil-konfiska tal-garanzija ppreżentata. Ladarba tali obbligi ma jistgħux jitwettqu wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jeħtieġ li jiġi adottat, b'effett mid-data ta’ adeżjoni ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, miżura li tipprovdi għar-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni fi ħdan dawk il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni.
(3) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fuq it-talba tal-partijiet interessati, il-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni ppreżentati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005 u ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005 għandhom jiġu rilaxxati, fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
1.
(a) l-applikant applika għal u kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni fl-ambitu tal-kwota:
(a)
(i) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005, jew
(ii) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005,
(b) il-liċenzji jew iċ-ċertifikati ntużaw parzjalment biss jew ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.
2. Il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rilaxxati proporzjonalment lid-drittijiet ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni