Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2007-07-27from 2007-08-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/902@2007-07-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3) Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

(4) Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal- merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità

(5) Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.

Artikolu 2 Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007. Għall-Kummissjoni Danuta Hübner Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti Klassifikazzjoni( (Kodiċi-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Rjus sħaħ tat-tewm (Allium sativum) b'temperatura ta' bejn 0 °C u – 5 °C iżda mhux kompletament iffriżati. 07032000 Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 0703 u 07032000. Il-prodott huwa eskluż minn titlu 0710 peress li mhuwiex iffriżat skond it-tifsira ta’ Kapitlu 7 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitlu 7, Ġenerali, tielet paragrafu). Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0703 bħala tewm imkessaħ.

Versions

  1. 2007-07-27