Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2007 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni (2007/96/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/96@2007-02-14/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.
(2) Post ta' membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara li ntemm il-mandat tas-Sur Pasqual MARAGALL i MIRA,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Is-Sur José MONTILLA AGUILERA, President tal-Generalitat de Cataluña, qed jiġi maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, minflok is-Sur Pasqual MARAGALL i MIRA, għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, li huwa sal-25 ta' Jannar 2010.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2007. Għall-Kunsill Il-President F.-W. Steinmeier