Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu transitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2008-10-17from 2008-10-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/1023@2008-10-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 1.
  4. 2.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dak ir-Regolament jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu żejt tal-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III tiegħu.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Dan japplika fir-rigward tal-attivitajiet u l-persuni li r-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplika għalihom.

(3) L-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula l-arranġamenti transitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) 854/2004 u (KE) 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda r-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula deroga mir-rekwiżiti għaż-żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem stipulati fis-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-operaturi tan-negozju tal-ikel biex ikunu jistgħu jkomplu, sal-31 ta’ Ottubru 2008, jimportaw żejt tal-ħut minn stabbilimenti f'pajjiżi terzi li kienu approvati għal dik il-fini qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1664/2006.

(4) Barra minn hekk, l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula deroga mill-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistipula l-miżuri implimentattivi għal ċerti prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004, għaż-żejt tal-ħut li nħariġlu ċertifikat skond ir-regoli nazzjonali applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, mimli u ffirmat kif suppost qabel il-31 ta’ Ottubru 2008, li jista' jkun importat fil-Komunità sal-31 t’ Diċembru 2008.

(5) Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni taż-żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kienu emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 sabiex jindirizzaw diffikultajiet prattiċi mġarrba minn pajjiżi terzi sabiex jaġġustaw il-kundizzjonijiet ta' pproċessar fi stabbilimenti li jipproduċu ż-żejt tal-ħut.

(6) Sabiex jiġi evitat xkiel bla bżonn għan-negozju minħabba proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni u għall-elenkar ta' stabbilimenti li jaqgħu taħt ir-regoli emendati, huwa f'loku illi d-deroga tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 tiġi estiża sat-30 ta’ April 2009.

(7) Id-deroga stipulata fl-Artikolu 7(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' żejt tal-ħut li għalih inħareġ ċertifikat skond ir-regoli nazzjonali għandha tiġi estiża wkoll sat-30 ta’ Ġunju 2009. Barra minn hekk, ċertifikati bħal dawn għandhom jimtlew u jiġu ffirmati kif suppost qabel it-30 ta’ April 2009.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

1. Il-paragrafu 3 qed jitbiddel b’dan li ġej:

1.

3. Permezz tad-deroga mill-Anness III, Sezzjoni VIII, Kapitolu IV, Parti B tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi fil-kummerċ tal-ikel jistgħu jkomplu sat-30 ta’ April 2009 jimportaw żejt tal-ħut minn stabbilimenti f’pajjiżi terzi li kienu ġew approvati għal dak il-għan qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008

2. Fil-paragrafu 4, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

2.

(i) id-data 31 t’ Ottubru 2008 tinbidel bid-data 30 t’ April 2009;

(ii) id-data 31 ta’ Diċembru 2008 tinbidel bid-data 30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2008-10-17