Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1075/2008 tal-31 ta’ Ottubru 2008 li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2008

In forceVersion 2008-10-31from 1002-02-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/1075@2008-10-31/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2008
  4. ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 17.10.2008-30.10.2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 10011000, 10019091, ex10019099 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2) L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3) Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 100200, 10051090, 10059000 u 10070090, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5) Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009, l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Mill-1 ta’ Novembru 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS I Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2008

Kodiċi NK Isem tal-merkanziji Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/t) 10011000 QAMĦ iebes ta' kwalità għolja 0,00 ta' kwalità medja 0,00 ta' kwalità baxxa 0,00 10019091 QAMĦ għaż-żrigħ 0,00 ex10019099 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ 0,00 10020000 SEGALA 28,01 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu 2,90 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ 2,90 10070090 SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ 28,01

ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 17.10.2008-30.10.2008

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: (EUR/t) Qamħ Qamħirrum Qamħ iebes kwalità għolja Qamħ iebes, kwalità medja Qamħ iebes kwalità baxxa Xgħir Borża Minnéapolis Chicago — — — — Kwotazzjoni 192,55 121,62 — — — — Prezz FOB USA — — 237,49 227,49 207,49 116,94 Tariffa fuq il-Golf — 17,39 — — — — Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar 14,92 — — — — — Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam 15,83 EUR/t Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam: 12,79 EUR/t

Versions

  1. 2008-10-31