Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1208/2008 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/1208@2008-12-04/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) Kodiċi NM Kodiċi tal-pajjiż terz Valur fiss ta' l-importazzjoni 07020000 MA 67,0 TR 79,7 ZZ 73,4 07070005 JO 167,2 MA 60,3 TR 89,0 ZZ 105,5 07099070 JO 230,6 MA 79,8 TR 87,5 ZZ 132,6 08051020 BR 44,6 MA 68,4 TR 54,6 UY 34,6 ZA 43,6 ZW 43,5 ZZ 48,2 08052010 MA 64,3 TR 65,0 ZZ 64,7 08052030, 08052050, 08052070, 08052090 AR 62,9 HR 49,2 IL 85,6 TR 58,9 ZZ 64,2 08055010 MA 64,0 TR 57,7 ZA 79,4 ZZ 67,0 08081080 CA 89,4 CL 67,1 CN 80,0 MK 34,8 US 107,7 ZA 113,0 ZZ 82,0 08082050 AR 73,4 CL 48,4 CN 41,3 TR 110,3 US 122,0 ZZ 79,1