Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/601/KE dwar miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ organiżmu ġenetikament modifikat li mhuwiex awtorizzat LL RICE 601 fil-prodotti tar-ross (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 743) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/162/KE)

In forceVersion 2008-02-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/162@2008-02-26/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. Artikolu 2 Kundizzjonijiet għall-ewwel tqegħid fis-suq
  5. 1.
  6. (2)
  7. Artikolu 3 Miżuri oħra ta’ kontroll
  8. (3)
  9. (4)
  10. Artikolu 6 Reviżjoni tal-miżuri
  11. ANNEX
  12. ANNESS II Protokoll għat-teħid ta’ kampjuni u għall-ittestjar ta’ kunsinni ta’ ross tawwali ta’ l-Istati Uniti qabel l-esportazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika lejn il-Komunità Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat jipprevedu li l-ebda ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandu jitqiegħed fis-Suq tal-Komunità sakemm ma jkunx kopert minn awtorizzazzjoni mogħtija skond dan ir-Regolament. L-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 16(3) ta’ l-istess Regolament jistabbilixxu li l-ebda ikel u għalf ġenetikament modifikat ma jista’ jkun awtorizzat sakemm ma jiġix muri b’mod adegwat u suffiċjenti li ma jkollux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta' l-annimali jew l-ambjent, li ma jqarraqx bil-konsumatur jew l-utent, u li ma jkunx differenti mill-ikel jew mill-għalf li maħsub jissostitwixxi sa tali punt li l-konsum normali tiegħu jkollu żvantaġġi nutrittivi għall-bnedmin jew l-annimali.

(2) L-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprovdi għall-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza xierqa tal-Komunità għall-ikel u l-għalf importat minn pajjiż terz sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta’ l-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri kkonċernati.

(3) Fid-dawl tal-preżunzjoni ta’ riskju fuq prodotti mhux awtorizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/601/KE tal-5 ta’ Settembru 2006 dwar miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ l-organiżmu ġenetikament modifikat li mhuwiex awtorizzat LL RICE 601 fil-prodotti tar-ross obbligat lill-Istati Membri biex ma jippermettux it-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tar-ross li joriġinaw mill-Istati Uniti sakemm il-kunsinna ma tkunx akkumpanjata b’rapport analitiku oriġinali maħruġ minn laboratorju akkreditat li jixhed li l-prodott ma fihx ross ġenetikament modifikat LL RICE 601 u biex jieħdu kampjuni u jwettqu analiżi b’mod uffiċjali u sistematiku ta’ kull kunsinna ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-Istati Uniti qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

(4) Fil-5 ta’ Ottubru 2007, id-Dipartiment għall-Agrikultura ta' l-Istati Uniti (USDA) ippubblika r-riżultati ta’ l-investigazzjoni tiegħu dwar, b’mod partikolari, il-preżenza ta’ LL RICE 601 fir-ross kummerċjali ta’ l-Istati Uniti. Filwaqt li l-mekkaniżmi preċiżi tal-kontaminazzjoni ma setgħux jiġu stabbiliti, is-sejbiet jindikaw li s-sors tal-kontaminazzjoni minn LL RICE 601 kien limitat.

(5) Il-federazzjoni tar-Ross ta’ l-Istati Uniti adottat pjan bl-għan li jitneħħa l-LL RICE 601 mill-kanali ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Istati Uniti. Dan il-pjan jinkludi l-ittestjar taż-żrieragħ qabel ma jitħawwlu, kif ukoll kontrolli dokumentarji u analitiċi fil-postijiet fejn issir il-kunsinna tal-ħsad ta’ l-2007. Ftit aspetti biss ta' dan il-pjan huma suġġetti għal rekwiżiti regolatorji f’xi wħud mill-Istati Amerikani. Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kunsinni kollha tar-ross li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika importati fl-Unjoni Ewropea jkunu suġġetti għal dan il-pjan.

(6) Fid-9 ta’ Novembru 2007, l-USDA ressaq proposta lill-Kummissjoni ta’ Protokoll li jkun jiżgura li l-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tad-Deċiżjoni 2006/601/KE jkunu suġġetti għal teħid ta’ kampjuni uffiċjali mill-Grain Inspection, Packers and Stockyards Administration (GIPSA) u jiġu analizzati bl-użu tal-metodu P35S:BAR imsemmi fid-Deċiżjoni 2006/601/KE f'laboratorju li jipparteċipa b'suċċess fil-programm ta' profiċjenza speċjalizzat u amministrat mill-GIPSA. Skond dan il-protokoll, il-kunsinni ta’ dawn il-prodotti jkunu akkumpanjati mill-oriġinal ta’ rapport analitiku u minn ittra intestata maħruġa mill-GIPSA li tindika li ma ġiex individwat l-LL RICE 601.

(7) L-involviment uffiċjali tal-GIPSA, kif deskritt fil-proposta ta’ protokoll, jipprovdi assigurazzjoni xierqa fir-rigward tal-kwalità tal-kontrolli li saru. Bħala konsegwenza, it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi uffiċjali u obbligatorji mill-Istati Membri mad-dħul fil-Komunità ma għadhomx jitqiesu meħtieġa.

(8) Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti fi żmien sitt xhur biex jiġi vvalutat jekk għadhomx meħtieġa, fid-dawl ta' l-impatt tagħhom u ta' l-esperjenza prattika miksuba dwar ir-rekwiżiti attwali ta’ l-ittestjar.

(9) Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/601/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(10) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2006/601/KE hi emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

(1)

Artikolu 2 Kundizzjonijiet għall-ewwel tqegħid fis-suq

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu biss l-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jekk il-kunsinna ta’ dawn il-prodotti tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

1.

(a) dikjarazzjoni mill-operatur kummerċjali ta' l-ikel responsabbli għall-kunsinna li l-prodotti fihom biss ross, mill-ħsad ta’ l-2007 jew wara, li kien suġġett għall-pjan tal-federazzjoni tar-Ross ta' l-Istati Uniti bl-għan li jitneħħa l-LL RICE 601 mill-kanali ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Istati Uniti; kif ukoll

(b) l-oriġinal ta’ rapport analitiku maħruġ minn laboratorju msemmi fl-Anness II li jikkonferma li l-prodotti ma fihomx ir-ross ġenetikament modifikat LL RICE 601. Ir-rapport analitiku għandu jkun akkumpanjat minn dokument uffiċjali maħruġ mill-Grain Inspection, Packers and Stockyards Administration (GIPSA) tad-Dipartiment għall-Agrikultura ta' l-Istati Uniti (USDA) skond il-protokoll deskritt fl-Anness II.

2. F’każ li kunsinna tinqasam, il-kopji tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jakkumanjaw kull parti tal-kunsinna maqsuma sa l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, dan l-istess stadju inkluż. Dawn il-kopji għandhom ikunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun seħħet il-qasma tal-kusinna.

(2) L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

(2)

Artikolu 3 Miżuri oħra ta’ kontroll

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, li jinkludu t-teħid ta’ kampjuni każwali u l-analiżi mwettqa skond l-Anness I rigward il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ippreżentati għall-importazzjoni jew li diġà jinsabu fis-suq biex tiġi aċċertata l-assenza ta’ ross ġenetikament modifikat LL RICE 601. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’riżultati pożittivi (mhux favorevoli) permezz tar-Rapid Alert System għall-ikel u l-għalf.

2. L-Istati Membri għandhom sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Lulju 2008 jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tar-riżultati analitċi kollha ta’ kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

(3) Il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej:

(3)

1. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ħruġ tad-dokumenti mehmuża skond l-Artikolu 2(2) għandhom jitħallsu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew mir-rappreżentant tiegħu.

(4) L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

(4)

Artikolu 6 Reviżjoni tal-miżuri

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Awwissu 2008.

(5) Fl-intestatura ta’ l-Anness il-kelma Anness tinbidel b’Anness I.

(6) It-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness II.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2008. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS II Protokoll għat-teħid ta’ kampjuni u għall-ittestjar ta’ kunsinni ta’ ross tawwali ta’ l-Istati Uniti qabel l-esportazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika lejn il-Komunità Ewropea

Teħid ta’ kampjuni. Kull kunsinna (lott) ta’ ross tawwali ta’ l-Istati Uniti li tintbagħat lejn l-Ewropa għandu jittieħed kampjun tagħha b'mod uffiċjali mill-persunal tal-Grain Inspection, Packers and Stockyards Administration (GIPSA) ta’ l-USDA skond il-proċeduri stabbiliti tat-teħid ta’ kampjuni. Dawn il-proċeduri jidhru fir-Rice Inspection Handbook, Chapter 2, Sampling tal-GIPSA. Id-daqs tal-kampjun globali oriġinali għandu jkun skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/787/KE. Il-persunal tal-GIPSA għandu jħejji kampjun kompost tal-lott ta’ 2,5 kg rappreżentattiv għal-laboratorju ta’ l-ittestjar u se jżomm kampjun tal-fajl identiku ta’ 2,5 kg. Il-GIPSA se jwaħħal siġill mal-kampjun tal-laboratorju u jirreġistra n-numru tas-siġill għal referenza futura. Ittestjar. L-applikant għas-servizz għandu jgħaddi l-kampjun issiġillat lil wieħed mil-laboratorji ta’ l-ittestjar kummerċjali li jipparteċipaw b’suċċess fil-programm ta’ profiċjenza tar-ross LibertyLink amministrat mill-GIPSA u li jinsabu elenkati f'dan is-sit: http://archive.gipsa.usda.gov/rdd/llriceprof.pdf. Kull laboratorju jittestja ġabra ta’ kampjuni fi ħdan il-livell ivverifikat ta’ individwazzjoni tiegħu biex jinkiseb livell perċentwali ta’ individwazzjoni ta’ 0,01. Il-laboratorju għandu jirreġistra n-numru tas-siġill, ikisser is-siġill, u jittestja erba’ kampjuni ta’ 240 gramma meħuda mill-kampjun tal-laboratorju wieħed. Se ssir estrazzjoni waħda minn kull kampjun. Għandhom isiru żewġ analiżi PCR għal kull estrazzjoni billi jintuża l-metodu 35S:BAR żviluppat minn Bayer CropScience u vverifikat kemm mill-GIPSA kif ukoll mill-JRC. Il-lott għandu biss jitqies negattiv meta r-riżultati kollha tal-kampjun ikunu negattivi. Rappurtaġġ. Il-laboratorju għandu jirrapporta r-riżultati, u n-numru tas-siġill tal-GIPSA, fuq ir-rapport tal-laboratorju, u jgħaddih lill-applikant għas-servizz. L-applikant għandu jagħti r-rapport tal-laboratorju lill-uffiċċju tal-GIPSA li ħa l-kampjun tal-lott. Il-GIPSA joħroġ dokument uffiċjali kif ġej, u jgħaddih lill-applikant: Il-GIPSA ħadet uffiċjalment kampjun tal-lott ta’ ross identifikat bħala (speċifika l-identifikazzjoni tal-lott) u applikat in-numru tas-siġill (niżżel in-numru tas-siġill). (Niżżel l-isem tal-laboratorju), li jipparteċipa fil-programm ta’ profiċjenza tar-ross LibertyLink amministrat mill-GIPSA, ittestja kampjun identifikat b’dan in-numru tas-siġill u ma individwax ir-ross LibertyLink ibbażat fuq il-metodu vverfikat 35S:BAR. Mehmuż hawn ir-rapport tal-laboratorju.

Versions

  1. 2008-02-26