Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2008 ta' l-10 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

In forceVersion 2008-01-10from 2008-01-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/16@2008-01-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1) Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2) Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Jannar 2008. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-10 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg) Kodiċi NM Kodiċi tal-pajjiż terz Valur fiss ta' l-importazzjoni 07020000 IL 161,6 MA 63,0 TN 129,8 TR 107,8 ZZ 115,6 07070005 JO 167,7 MA 41,7 TR 85,8 ZZ 98,4 07099070 MA 112,8 TR 98,8 ZZ 105,8 07099080 EG 313,6 ZZ 313,6 08051020 CL 64,2 EG 44,1 IL 46,8 MA 65,6 TR 84,4 ZA 35,8 ZZ 56,8 08052010 MA 86,5 ZZ 86,5 08052030, 08052050, 08052070, 08052090 CN 59,5 IL 61,7 PK 42,8 TR 87,1 ZZ 62,8 08055010 EG 77,2 IL 149,9 TR 125,8 ZA 76,9 ZZ 107,5 08081080 CA 95,9 CN 95,5 MK 38,0 TR 118,1 US 107,5 ZA 89,0 ZZ 90,7 08082050 CN 52,3 US 94,6 ZA 134,7 ZZ 93,9

Versions

  1. 2008-01-10