Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 196/2008 tat-3 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/196@2008-03-03/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
(1) Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) Kodiċi NM Kodiċi tal-pajjiż terz Valur fiss ta' l-importazzjoni 07020000 JO 69,6 MA 51,6 TN 120,5 TR 143,2 ZZ 96,2 07070005 EG 244,4 JO 190,5 MA 114,7 TR 168,8 ZZ 179,6 07099070 MA 82,8 TR 160,7 ZZ 121,8 07099080 EG 54,8 ZZ 54,8 08051020 EG 44,7 IL 54,4 MA 56,2 TN 50,5 TR 89,7 ZZ 59,1 08055010 IL 109,4 SY 56,4 TR 124,9 ZZ 96,9 08081080 AR 102,3 CA 53,7 CN 97,0 MK 42,4 US 109,6 UY 89,9 ZZ 82,5 08082050 AR 82,0 CL 63,2 CN 80,3 US 123,2 ZA 102,3 ZZ 90,2