Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (2008/197/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/197@2008-02-18/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.
(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (Il-Ftehim) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.
(3) Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropeja suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/323/KE.
(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008. Għall-Kunsill Il-President D. Rupel