Gelex

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 243/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta’ l-awtoritajiet illegali tal-Gżira ta' Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros

In forceVersion 2008-03-17from 2008-03-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/243@2008-03-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. Artikolu 2
  4. Artikolu 3
  5. 1.
  6. Artikolu 4
  7. 1.
  8. Artikolu 6
  9. 1.
  10. Artikolu 8
  11. 1.
  12. Artikolu 9
  13. Artikolu 10
  14. Artikolu 11
  15. ANNEX
  16. ANNESS I Lista tal-membri tal-gvern illegali ta' Anjouan u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ta' l-entitajiet jew tal-korpi assoċjati ma' dawn ta' l-aħħar, imsemmijin fl-Artikoli 2, 3 u 4
  17. ANNESS II Is-siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 4, 6 u l0, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
  18. BELĠJU
  19. BULGARIJA
  20. REPUBBLIKA ĊEKA
  21. DANIMARKA
  22. ĠERMANJA
  23. ESTONJA
  24. GREĊJA
  25. SPANJA
  26. FRANZA
  27. IRLANDA
  28. ITALJA
  29. ĊIPRU
  30. LATVJA
  31. LITWANJA
  32. LUSSEMBURGU
  33. UNGERIJA
  34. MALTA
  35. OLANDA
  36. AWSTRIJA
  37. POLONJA
  38. PORTUGALL
  39. RUMANIJA
  40. SLOVENJA
  41. SLOVAKKJA
  42. FINLANDJA
  43. SVEZJA
  44. RENJU UNIT

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' l-awtoritajiet illegali tal-Gżira ta' Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fil-25 ta’ Ottubru 2007, permezz ta' ittra indirizzata lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-President tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana talab l-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri tagħha fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet li l-Kunsill għall-paċi u s-sigurtà ta' l-Unjoni Afrikana ddeċieda li jimponi fir-rigward ta' l-awtoritajiet illegali ta' Anjouan u ta' ċerti persuni assoċjati.

(2) Il-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK tipprevedi li jiġu imposti miżuri restrittivi fir-rigward ta' l-awtoritajiet illegali ta' Anjouan u ta' ċerti persuni assoċjati. Dawn il-miżuri jinkludu b'mod partikolari l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-persuni kkonċernati.

(3) L-imsemmija miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Għalhekk, sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ att Komunitarju għall-implimentazzjoni tagħhom fejn għandha x'taqsam il-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

Artikolu 1

(a) fondi tfisser l-assi u l-benefiċċji finanzjarji ta’ kull tip, li jinkludu iżda mhux limitati għal:

(a)

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti tal-ħlas oħrajn;

(ii) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew ma' entitajiet oħrajn, bilanċi fuq il-kontijiet, djun u obbligi ta' dejn;

(iii) it-titoli ta' sigurtà nnegozjati b'mod pubbliku jew privat, strumenti tad-dejn, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli tas-sigurtà, bonds, noti, mandati, self b'obbligazzjonijiet (debentures) u kuntratti ta' derivattivi;

(iv) imgħax, dividendi jew dħul ieħor jew valur li jirriżultaw jew li huma ġġenerati minn assi;

(v) kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, bonds ta' garanziji jew impenji finanzjarji oħrajn;

(vi) ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, kontijiet tal-bejgħ;

(vii) kull dokument li juri interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(b) iffriżar ta' fondi tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, bidla, użu jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum tagħhom, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni tagħhom, fid-dritt tal-pussess tagħhom, fil-pussess tagħhom, fil-karattru tagħhom, fid-destinazzjoni tagħhom jew fi kwalunkwe bidla oħra li tista' tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, b'mod partikolari l-ġestjoni tal-portafolli;

(c) riżorsi ekonomiċi tfisser assi ta’ kull xorta, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi;

(d) iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi tfisser il-prevenzjoni ta’ l-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi f’kull mod, li jinkludu, iżda mhux limitati għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom.

(e) territorju tal-Komunità tfisser it-territorji li fihom huwa applikabbli t-Trattat, skond il-kundizzjonijiet stipulati fih.

Artikolu 2

1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi mniżżlin fl-Anness I, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew ikkontrollati minnhom, huma ffriżati.

2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma huma mqiegħda, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni jew il-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I.

3. Il-parteċipazzjoni, volontarjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li jiġu evitati l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu pprojbiti.

4. Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 ma għandha twassal għal responsabbiltà ta’ l-ebda tip min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-entitajiet ikkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru din il-projbizzjoni.

Artikolu 3

1. L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta': dment li tali mgħaxijiet, qliegħ jew pagamenti oħrajn ikomplu jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1).

1.

(a) imgħaxijiet jew qliegħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,

2. L-Artikolu 2(2) ma għandux iżomm istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fil-Komunità milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn huma jirċievu fondi ttrasferiti minn terzi lejn il-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp mniżżlin fl-Anness I, kemm-il darba kull żieda fuq dawn il-kontijiet tkun iffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet bħal dawn mingħajr dewmien.

Artikolu 4

1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adatti, sakemm ikunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

1.

(a) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness I u l-membri familjari dipendenti tagħhom, inkluż ħlasijiet għal oġġetti ta' l-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ l-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu tas-servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet professjonali raġonevoli u għall-ħlas lura ta' spejjeż li saru marbutin mal-forniment ta' servizzi legali;

(c) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, kemm-il darba l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom iqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 5 L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, imwettaq b'rieda tajba fuq il-bażi li tali azzjoni hija f'konformità ma' dan ir-Regolament, ma għandu jwassal għall-ebda forma ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew entità li timplimentah, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha, dment li jkun hemm provi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ffriżati b’riżultat ta’ negliġenza.

Artikolu 6

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

1.

(a) jipprovdu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li joqogħdu fih jew fejn huma stabbiliti, li jidhru fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, l-informazzjoni kollha li tista' tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-kontijiet u l-ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, direttament jew permezz ta' l-intermedjarju ta' l-Istati Membri;

(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fuq is-siti web elenkati fl-Anness II għall-verifika ta' din l-informazzjoni.

2. Kull informazzjoni pprovduta jew irċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom kienet ipprovduta jew irċevuta.

Artikolu 7 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħudin skond dan ir-Regolament u għandhom ifornu lil xulxin b'kull informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom b’konnessjoni ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni fir-rigward ta’ ksur u problemi ta’ infurzar u sentenzi mogħtijin mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li:

1.

(a) temenda l-Anness I fuq il-bażi ta' deċizjonijiet meħudin fir-rigward ta' l-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK;

(b) temenda l-Anness II fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.

2. Għandu jiġi ppubblikat avviż dwar il-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni b’rabta ma’ l-Anness I.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawn ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinfurmawha b’kull emenda sussegwenti.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fis-siti web elenkati fl-Anness II jew permezz ta' dawn is-siti web.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinfurmawha b’kull tibdil sussegwenti.

Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu japplika:

Artikolu 11

(a) fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta' l-ajru tagħha;

(b) fuq kull inġenju ta' l-ajru jew inġenju tal-baħar taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) għal kull persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità li hija ċittadin ta’ Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, għal kull entità jew għal kull korp li huma stabbiliti jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' operazzjoni kummerċjali li ssir kompletament jew parzjalment fit-territorju tal-Komunità.

Artikolu 12 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008. Għall-Kunsill Il-President I. Jarc

ANNEX

ANNESS I Lista tal-membri tal-gvern illegali ta' Anjouan u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ta' l-entitajiet jew tal-korpi assoċjati ma' dawn ta' l-aħħar, imsemmijin fl-Artikoli 2, 3 u 4

Isem Mohamed Bacar Sess M Kariga President li pproklama lilu nnifsu, Kurunel Post tat-twelid Barakani Data tat-twelid 5.5.1962 Nru tal-passaport 01AB01951/06/160, data ta' ħruġ: 1.12.2006 Isem Jaffar Salim Sess M Kariga Ministru ta’ l-Intern Post tat-twelid Mutsamudu Data tat-twelid 26.6.1962 Nru tal-passaport 06BB50485/20 950, data ta' ħruġ: 1.02.2007 Isem Mohamed Abdou Madi Sess M Kariga Ministru tal-Kooperazzjoni Post tat-twelid Mjamaoué Data tat-twelid 1956 Nru tal-passaport 05BB39478, data ta' ħruġ: 1.08.2006 Isem Ali Mchindra Sess M Kariga Ministru ta’ l-Edukazzjoni Post tat-twelid Cuvette Data tat-twelid 20.11.1958 Nru tal-passaport 03819, data ta' ħruġ: 3.07.2004 Isem Houmadi Souf Sess M Kariga Ministru tas-Servizz Ċivili Post tat-twelid Sima Data tat-twelid 1963 Nru tal-passaport 51427, data ta' ħruġ: 4.03.2007 Isem Rehema Boinali Sess M Kariga Ministru ta’ l-Enerġija Post tat-twelid Data tat-twelid 1967 Nru tal-passaport 540355, data ta' ħruġ: 7.04.2007 Isem Dhoihirou Halidi Sess M Titolu Direttur tal-Kabinet Kariga Funzjonarju għoli, assoċjat mill-qrib mal-gvern illegali ta' Anjouan Post tat-twelid Bambao Msanga Data tat-twelid 8.3.1965 Nru tal-passaport: 64528, data ta' ħruġ: 19.9.2007 Isem Abdou Bacar Sess M Titolu Logotenent-Kurunell Kariga Militar ta' grad għoli, li jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-gvern illegali ta' Anjouan Post tat-twelid Barakani Data tat-twelid 2.5.1954 Nru tal-passaport 54621, data ta' ħruġ: 23.4.2007

ANNESS II Is-siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 4, 6 u l0, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea: Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej Direzzjoni Ġenerali tar-Relazzjonijiet Barranin Direzzjoni A. Struttura għall-Kriżijiet u Koordinazzjoni Politika tal-PESK Rispons għall-kriżijiet u konsolidazzjoni tal-paċi CHAR 12/108 B-1049 Brussell Tel.: (32-2) 296.61.33/295.55.85 Fax: (32-2) 299.08.73

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitibank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Versions

  1. 2008-03-17