Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta' April 2008 li tikkonċerna n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ l-azocyclotin, cyhexatin u thidiazuron fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi (notifikata bid-Dokument Nru C(2008) 1187) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/296/KE)

In forceVersion 2008-04-04
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/296@2008-04-04/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ tnax-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu eżaminati b’mod gradwali fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3) L-azocyclotin, cyhexatin u thidiazuron huma sustanzi allokati fit-tielet fażi tal-programm.

(4) L-uniċi notifikanti għall-azocyclotin, cyhexatin u thidiazuron għarrfu lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Jannar 2007, l-24 ta’ Jannar 2007 u s-7 ta’ Frar 2007 rispettivament, li ma xtaqux jibqgħu jieħdu sehem fil-programm ta’ ħidma għal dawn is-sustanzi attivi, u għalhekk mhux se jintbagħat aktar tagħrif. Minħabba f’hekk, dawn is-sustanzi attivi ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-azocyclotin, cyhexatin jew it-thidiazuron ikunu rtirati fi żmien preskritt u ma jiġġeddux u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet għal prodotti bħal dawn.

(6) Għal dawn is-sustanzi attivi li għalihom hemm biss perjodu qasir ta’ notifika bil-quddiem għall-irtirar ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi, huwa raġjonevoli li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti għal perjodu ta’ mhux iktar minn tnax–il xahar biex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux iktar minn ċiklu ieħor ta’ koltivazzjoni. F’każijiet fejn ikun stipulat perjodu itwal ta’ notifika bil-quddiem, dan il-perjodu jkun jista’ jitqassar biex jiskadi fl-aħħar ta’ l-istaġun tal-koltivazzjoni.

(7) Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta’ applikazzjoni għall-azocyclotin, cyhexatin jew thidiazuron skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(8) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-azocyclotin, cyhexatin u t-thidiazuron ma għandhomx ikunu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

Artikolu 2

(a) l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-azocyclotin, cyhexatin u t-thidiazuron għandhom jitneħħew sa 4 ta’ Ottubru 2008;

(b) mill-5 ta’ April 2008 l-ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti ta’ ħarsien għall-pjanti li fihom l-azocyclotin, cyhexatin u t-thidiazuron ma tingħata jew tiġġedded skond id-deroga stipulata fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3 Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard minn 4 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2008-04-04