Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 359/2008 tat-18 ta' April 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/359@2008-04-18/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u partikolarment Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni addizzjonali u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jkunu applikati miżuri tat- tariffa u oħrajn relatati dwar mal-kummerċ fil-merkanzija.
(3) Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.
(4) Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tlett xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità.
(5) Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik l-iskeda.
Artiklu 2 Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tlett xhur skond Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artiklu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008. Għall-Kummissjoni László Kovács Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Preparazzjoni ta’ l-ikel fil-forma ta’ prodotti taċ-ċereali mixwija. Il-ħbub tal-qamħ jissajru bil-fwar, jitneħħewlhom il-qxur, jitqattgħu u jitberrdu. Il-prodott imbagħad ikun magħfus fi strixxi rqaq, milwi f’forom ta’ kannizzata u imqatta’ f’forom ta’ mħadda. Il-prodott imbagħad jinxtewa. Vitamini u xi kultant ġelu jkunu applikati lill-prodott aħħari. Il-preparazzjoni titqiegħed fis-suq bħala ikel għall-kolazzjoni magħmul miċ-ċereali. 19041090 Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1904, 190410 u 19041090. Il-prodott huwa miksub bix-xiwi ta’ prodotti taċ-ċereali. Skond in-Noti ta’ Spjega SA, titlu 1904 jinkludi wkoll prodotti miksuba mid-dqiq jew min-nuħħala (NSSA, titlu 1904, (A), l-ewwel u t-tieni pargrafu).