Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 404/2008 tas-6 ta' Mejju 2008 li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli f’dak li għandu x'jaqsam ma’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram u l-użu ta’ l-etilena
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/404@2008-05-06/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet imsemmija fih għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
(1) Skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ċerti Stati Membri kienu taw tagħrif lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti prodotti fl-Anness II għal dak ir-Regolament.
(2) Il-Kumissjoni kienet stiednet grupp espert ad-hoc biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram fil-biedja organika u għall-estenzjoni ta’ l-użu ta’ l-etilena għat-tneħħija tal-ħdurija fiċ-ċitru u għat-twaqqif tat-tinbit fil-patata u l-basal, skond il-prinċipji li jkopru l-biedja organika.
(3) Il-grupp espert ta rapport lis-Servizzi tal-Kummissjoni datat it-22 u t-23 ta’ Jannar 2008 li rrakkomanda l-awtorizzazzjoni ta’ l-ispinosad, il-bikarbonat tal-potassju u l-oktanoat tar-ram f’ċerti kundizzjonijiet u ta’ l-estenzjoni ta’ l-użu ta’ l-etilena fit-tneħħija tal-ħdurija fiċ-ċitru u t-twaqqif tat-tinbit fil-patata u l-basal f'ċerti kundizzjonijiet. Fid-dawl tar-rapport ta’ dan il-grupp espert, u l-fatturi stipulati hawn taħt, il-Kummissjoni tikkunsidra li ċerti prodotti għandhom ikunu permessi fil-biedja organika, u l-użu ta’ l-etilena għandu jkun estiż.
(4) L-ispinosad huwa insettiċid ġdid li ġej mill-mikrobi u li huwa essenzjali għall-kontroll ta’ ċerti insetti ewlenin u li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-sistema ta’ produzzjoni għal sitwazzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu l-għelejjel u l-insetti. Madankollu, meta jintuża, għandu jitnaqqas ir-riskju għall-organiżmi mhux fil-mira.
(5) Rigward l-inklużjoni ta’ l-ispinosad, għandu jiġi kjarifikat li l-mikroorganiżmi huma ġeneralment permessi fil-biedja organika għall-kontroll ta’ l-insetti u l-mard, filwaqt li l-prodotti li huma prodotti mill-mikroorganiżmi għandhom jitniżżlu fuq bażi individwali.
(6) Il-bikarbonat tal-potassju huwa essenzjali biex jikkombatti d-diversi mard tal-fungu f’varjetà ta’ għelejjel u jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ l-użu tar-ram u l-kubrit f’ċerti kombinazzjonijiet ta’ għelejjel u insetti.
(7) L-oktanoat tar-ram huwa formulazzjoni ġdida tar-ram li jista’ jintuża għall-istess finijiet ta’ sustanzi tar-ram diġà inklużi fil-Parti B ta’ l-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. L-ammont totali tar-ram li għandu jkun applikat kull staġun huwa inqas meta jintuża l-oktanoat tar-ram.
(8) L-etilena hija diġà inkluża fil-Parti B ta’ l-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 bħala sustanza ta’ użu tradizzjonali fil-biedja organika. Jidher xieraq li l-kundizzjonijiet ikunu kompluti għall-użu ta’ dik is-sustanza b'żewġ użi addizzjonali li jitqiesu bħala essenzjali: it-tneħħija tal-ħdurija fil-frott taċ-ċitru, meta trattament bħal dan jagħmel parti minn strateġija għall-prevenzjoni tal-ħsara tad-dubbien tal-frott, u t-twaqqif tat-tinbit tal-patata u l-basal maħżuna.
(9) L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.
(10) Il-miżuri li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat maħtur bi qbil ma’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej: Fil-Parti B Pestiċidi, il-punt 1. Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti qed tiġi emendata kif ġej:
(1) II. IIa It-Tabella II Mikroorganiżmi wżati għall-kontroll bijoloġiku ta' l-insetti, jinbidel f’li ġej: Mikroorganiżmi wżati għall-kontroll bijoloġiku ta’ l-insetti u l-mard Isem Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu Mikroorganiżmi (batterja, vajrusis u fungi) Sakemm il-varjanti ma jkunux modifikati ġenetikament fit–tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Sostanzi prodotti minn mikroorganiżmi Isem Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu Spinosad Insettiċid; Sakemm ikun prodott minn varjanti mhux modifikati ġenetikament fit-tifsira tad-Direttiva 2001/18/KE Sakemm jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-parassitojdi ewlenin u għat-tnaqqis tar-riskju ta’ l-iżvilup tar-reżistenza. Il-ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ spezzjoni jew mill-awtorità ta' spezzjoni
(2) Tabella IV Sostanzi oħra mill-użu tradizzjonali fil-biedja organika hija emendata kif ġej:
(2)
(a) L-entrata dwar ir-ram, taħt il-kolonna Isem, tinbidel b’dan li ġej: Ir-ram fil-forma ta’ idrossidu tar-ram, ossikloridu tar-ram, sulfat tar-ram (tribażiku), ossidu kupriku, oktanoat tar-ram
(b) L-entrata dwar l-etilena tinbidel b'li ġej: Isem Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu (*) Etilena It-tneħħija tal-ħdurija fil-banana, il-kiwi u l-kakis; It-tneħħija tal-ħdurija fil-frott taċ-ċitru sakemm din tkun parti mill-istrateġija tal-prevenzjoni tal-ħsara tad-dubbiena tal-frott fiċ-ċitru; Il-ħruġ sfurzat tal-fjura ta’ l-ananas; It-twaqqqif tat-tinbit fil-patata u l-basal Il-ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ spezzjoni jew mill-awtorità ta' spezzjoni
(3) Fit-Tabella V Sostanzi oħra, tiddaħħal l-entrata li ġejja: Isem Deskrizzjoni, rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu Bikarbonat tal-potassju Fungiċid