Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008 tas-7 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/407@2008-05-07/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000, li jintroduċi miżuri ta’ kummerċ eċċezzjonali għal pajjizi u territorji li jipparteċipaw jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000, partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament Nru 2007/2000 jistipula aċċess illimitat bla dazju fis-suq Komunitarju għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji li jibbenefikaw mill-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(2) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Ottubru 2007. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
(3) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim jistabbilixxu reġim kummerċjali kuntrattwali bejn il-Komunità u l-Montenegro. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fi ħdan il-miżuri awtonomi unilaterali skond ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000.
(4) Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 biex iqis dawn l-iżviluppi. B'mod partikolari huwa xieraq li l-Montenegro jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji tal-konċessjonijiet tariffarji mogħtija għall-istess prodotti skond ir-reġim kuntrattwali. Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġu aġġustati l-volumi tal-kwota tariffarja globali għal prodotti speċifiċi li ngħataw kwoti tariffarji skond ir-reġimi kuntrattwali.
(5) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007, il-Montenegro u l-Kosovo tneħħew mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b’regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l-importazzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 skada u għandu jitneħħa.
(6) Il-Montenegro se jibqa' benefiċjarju tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 billi r-Regolament jistipula konċessjonijiet li huma aktar favorevoli milli l-konċessjonijiet li jeżistu taħt ir-reġim kuntrattwali.
(7) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
(1)
Artikolu 1 Arranġamenti preferenzjali
1. Suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikolu 4, prodotti li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina jew fit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, ħlief dawk ta’ l-intestaturi 0102, 0201, 0202, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għal importazzjoni fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b'effett ekwivalenti u b'eċċezzjoni mid-dazji doganali u imposti b'effett ekwivalenti.
2. Prodotti li joriġinaw mill-Albanija, mir-Repubblika tal-Kroazja jew minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew mill-Montenegro għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fejn hemm indikat jew minn kwalunkwe miżuri stipulati f'dan ir-Regolament li jkunu aktar favorevoli mill-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u dawn il-pajjiżi.
3. Importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw mill-Bożnja u l-Ħerzegovina jew mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, għandhom jibbenefikaw minn konċessjonijiet stipulati fl-Artikolu 4.
(2) L-Artikolu 3 huwa mħassar.
(3) Fl-Artikolu 4(2), il-punt (d) hu mibdul b'dan li ġej:
(3)
(d) 9175 tunnellata (piż tal-karkassa) għal prodotti baby-beef li joriġina mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo.
(4) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 hu ssostitwit b’li ġej:
(4)
4. Importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina u t-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, għandhom ikunu suġġetti għall-kwoti tariffarji annwali bla dazju li ġejjin:
4.
(a) 12000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Bożnja u l-Ħerzegovina;
(b) 180000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo.
(5) L-Anness I huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 L-oġġetti li, fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew huma fi transitu jew huma fil-Komunità għal ħażna temporanja fil-ħażniet doganali jew fiż-żoni ħielsa u li qabel dik id-data, inħarġet għalihom xhieda ta’ oriġini mill-Montenegro skond it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93, se jkomplu jgawdu mir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għal perjodu ta’ erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2008. Għall-Kummissjoni Peter Mandelson Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS I LI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1)
Ordni Nru Kodifiċi NM Id-Deskrizzjoni Volum tal-kwota fis-sena Il-Benefiċjarji Rata ta’ dazju 09.1571 03019110 03019190 03021110 03021120 03021180 03032110 03032120 03032180 03041915 03041917 ex03041919 ex03041991 03042915 03042917 ex03042919 ex03049921 ex03051000 ex03053090 03054945 ex03055980 ex03056980 Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem 50 tunnellata Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo Eżenzjoni 09.1573 03019300 03026911 03037911 ex03041919 ex03041991 ex03042919 ex03049921 ex03051000 ex03053090 ex03054980 ex03055980 ex03056980 Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem 110 tunnellata Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo Eżenzjoni 09.1575 ex03019980 03026961 03037971 ex03041939 ex03041999 ex03042999 ex03049999 ex03051000 ex03053090 ex03054980 ex03055980 ex03056980 Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem 75 tunnellata Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo Eżenzjoni 09.1577 ex03019980 03026994 ex03037700 ex03041939 ex03041999 ex03042999 ex03049999 ex03051000 ex03053090 ex03054980 ex03055980 ex03056980 Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta' ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem 60 tunnellata Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo Eżenzjoni 09.1561 16041600 16042040 Inċova ppreparata jew ippreżervata 60 tunnellata Il-Bożnja u l-Ħerżegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo 12,5 % 09.1515 ex22042179 ex22042180 ex22042184 ex22042185 22042965 ex22042975 22042983 ex22042984 Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-massa ta' mhux aktar minn 15 % vol, ħlief inbid effervexxenti 129000 hl L-Albanija, il-Bożnja u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo Eżenzjoni
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, skond il-kodiċi NM. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.