Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel

In forceVersion 2008-05-08from 2008-05-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/417@2008-05-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1) —
  4. (2) —

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1) Il-melħ huwa oġġett ta’ l-ikel ta’ kwalità mogħni b’karatteristiċi partikolari li huma marbuta mill-qrib maż-żona ġeografika tal-produzzjoni u mal-metodi lokali ta’ l-estrazzjoni. Il-produzzjoni tal-melħ tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ diversi reġjuni.

(2) Il-qoton huwa prodott agrikolu ta’ importanza kbira f’ċerti reġjuni. L-estensjoni ta’ l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għall-qoton toħloq possibbiltajiet ġodda bil-għan li jittejbu l-immaġni u l-użu tal-qoton.

(3) Bil-għan li jiġu indirizzati l-istennijiet ta’ ċerti produtturi u operaturi li għalihom il-produzzjoni tal-melħ jew tal-qoton tikkostitwixxi wieħed mis-sorsi ewlenin tad-dħul, huwa xieraq li dawn il-prodotti jiddaħħlu fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din iż-żieda ma timmodifikax il-karattru essenzjalment agrikolu tal-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 hu emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) fl-Anness I, jiddaħħal l-inċiż li ġej:

(1) —

melħ;

(2) fl-Anness II, jiddaħħal l-inċiż li ġej:

(2) —

qoton

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2008. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2008-05-08