Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2008 tal-21 ta’ Mejju 2008 li jemenda l-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ipproċessar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib definiti bħala materjal tal-Kategorija 3 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2008-05-21from 2008-05-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/437@2008-05-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (1)
  4. KAPITOLU V Rekwiżiti speċifiċi għal ħalib, prodotti tal-ħalib u kolostru
  5. A.1.
  6. 1.2.
  7. 1.4.
  8. A.1.2.3.4.
  9. 4.2.
  10. B.1.
  11. B.1.2.
  12. 2.
  13. 3.
  14. PARTI I Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 2)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għal konsum tal-bniedem, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippreskrivi regoli sanitarji li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem. Dan jipprovdi li l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jistgħu jintużaw bħala materjal fl-għalf għandhom jiġu pproċessati skond ir-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament.

(2) L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ proteini pproċessati ta’ l-annimali u prodotti pproċessati oħrajn li jistgħu jkunu użati bħala materjal fl-għalf. Partikolarment, il-Kapitolu V ta’ dak l-Anness jipprovdi għal rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar tal-ħalib, prodotti tal-ħalib u l-kolostru.

(3) Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni ta’ prodotti msemmija fl-Annessi VII u VIII ta’ dak ir-Regolament minn pajjiżi li mhumiex membri ma għandhomx ikunu aktar favorevoli jew inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti fil-Komunità. Il-Kapitolu V ta’ l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat, sabiex jintroduċi ċerti emendi tekniċi, biex jarmonizzaw l-istandards ta’ l-ipproċessar għal ħalib u prodotti tal-ħalib u jiċċaraw ir-rekwiżiti ta’ importazzjoni applikabbli għalihom.

(4) Skond l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari, adottata fid-29 ta’ Marzu 2006, marbuta mar-riskji għal saħħet l-annimali mit-tmigħ ta’ annimali bi prodotti tal-ħalib lesti għall-użu mingħajr trattamenti ulterjuri, jixraq li jiġu emendati r-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-iġjene tal-ħalib, prodotti tal-ħalib u l-kolostru. Għandhom jitqiesu wkoll il-metodi għall-inattivazzjoni tal-possibiltà tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-ħalib deskritta fir-Rapport ta’ l-1999 tal-Kumitat Xjentifiku għas-Saħħa u l-Benessri ta’ l-Annimali dwar Strateġija għat-Tilqim ta’ Emerġenza kontra l-Marda ta’ l-Ilsien u d-Dwiefer u l-Appendiċi 3.6.2 tal-Kodiċi dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri, l-Edizzjoni ta’ l-2005, ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

(5) Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi emendati ta’ l-iġjene fil-Kapitolu V ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, jixraq li l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa fil-Kapitoli 2(A), 2(B) u 2(C) ta’ l-Anness X ta’ dak ir-Regolament jinbidlu b’mudell ta’ ċertifikat wieħed għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem.

(6) Jixraq li tiġi aġġornata r-referenza għaċ-ċertifikat speċifiku tas-saħħa fil-Parti I ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem.

(7) Għalhekk, l-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati skond dan.

(8) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1 L-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2008. Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1 ta’ Novembru 2008 skond il-mudelli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qabel ġie emendat mir-Regolament preżenti, għandhom jiġu aċċettati għal importazzjoni fil-Komunità sa’ l-1 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Anness VII, il-Kapitolu V huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)

KAPITOLU V Rekwiżiti speċifiċi għal ħalib, prodotti tal-ħalib u kolostru

Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw flimkien mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu I.

A.1.2.3.4.5. Standards ta' l-ipproċessar Il-ħalib għandu jkun soġġett għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin: Il-prodotti tal-ħalib għandu jsirilhom għallinqas wieħed mit-trattamenti previsti fil-paragrafu 1 jew ikunu prodotti minn ħalib li sarulu trattamenti skond il-paragrafu 1. Xorrox li se jingħata lil annimali ta' speċi suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u li nkiseb minn ħalib li sarulu trattamenti skond il-paragrafu 1 għandu jinġabar għallinqas 16-il siegħa wara li l-ħalib ikun għaqad u l-pH tiegħu għandu jiġi rappurtat li huwa inqas minn 6,0 qabel jiġi ttrasportat lejn l-istabbilimenti ta’ l-annimali. Barra mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: Il-ħalib nej u l-kolostru għandhom jiġu prodotti f’kundizzjonijiet li joffru garanziji adegwati fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali. Kundizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

A.1.

1.1. sterilizzazzjoni f’valur F0 ta’ tlieta jew aktar;

1.2. UHT flimkien ma wieħed minn dawn li ġejjin

1.2.

(a) trattament fiżiku sussegwenti, bi:

(a)

(i) proċess ta’ tnixxif, flimkien ma' tisħin addizzjonali sa 72 °C jew iktar fil-każ tal-ħalib maħsub għall-konsum; jew

(ii) it-tnaqqis tal-pH taħt is-6 għal minimu ta’ siegħa;

(b) il-kundizzjoni li l-ħalib jew il-prodott tal-ħalib ġie prodott għallinqas 21 jum qabel ġie kkonsenjat u li matul dak il-perjodu ma kien hemm ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Istat Membru ta’ l-oriġini;

1.3. HTST applikat darbtejn;

1.4. HTST flimkien ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

1.4.

(a) trattament fiżiku sussegwenti, bi:

(a)

(i) proċess ta’ tnixxif, flimkien ma' tisħin addizzjonali sa 72 °C jew iktar fil-każ tal-ħalib maħsub għall-konsum; jew

(ii) it-tnaqqis tal-pH taħt is-6 għal minimu ta’ siegħa;

(b) il-kundizzjoni li l-ħalib jew il-prodott tal-ħalib ġie prodott għallinqas 21 jum qabel ġie kkonsenjat u li matul dak il-perjodu ma kien hemm ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Istat Membru ta’ l-oriġini.

A.1.2.3.4.

4.1. wara t-tlestija ta’ l-ipproċessar, għandha tittieħed kull prekawzjoni biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-prodotti;

4.2. il-prodott finali għandu jiġi ttikkettat b’tali mod li jindika li fih materjal tal-Kategorija 3 u li mhux maħsub għal konsum mill-bniedem, u

4.2.

(a) ippakkjat f’kontenituri ġodda; jew

(b) ittrasportat bl-ingrossa f’kontejners jew mezzi oħrajn tat-trasport li kienu mnaddfa u ddiżinfettati bl-akbar reqqa b'diżinfettant approvat mill-awtorità kompetenti qabel l-użu.

B.1.2.3. Importazzjoni L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: B'deroga mill-paragrafu 1.4, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati għal dan il-għan fil-Kolonna A ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikun sarilhom trattament HTST u jkunu prodotti Fejn ikun identifikat riskju ta’ l-introduzzjoni ta’ marda eżotika jew kwalunkwe riskju ieħor għas-saħħa ta’ l-annimali, jistgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet addizzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

B.1.

1.1. ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista fil-Parti I ta’ l-Anness XI;

1.2. ġejjin minn impjant ta’ l-ipproċessar li jidher fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 29(4);

1.3. ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness X;

1.4. ikun sarilhom għallinqas wieħed mit-trattamenti pprovduti fil-paragrafi 1.1, 1.2, 1.3 u l-punt (a) tal-paragrafu 1.4 tal-Parti A;

1.5. jikkonformaw mal-paragrafi 2 u 4 u, fil-każ tax-xorrox, mal-paragrafu 3 tal-Parti A.

B.1.2.

(i) jew għallinqas 21 jum qabel il-konsenja u matul dan il-perjodu ma kien hemm ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż li jesporta, jew

(ii) kienu ppreżentati fil-Post ta’ l-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta’ l-UE għallinqas 21 jum qabel il-konsenja u matul dan il-perjodu ma kien hemm ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż li jesporta, jew

2. Fl-Anness X, il-Kapitolu 2(A), 2(B) u 2(Ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

2.

KAPITOLU 2 Parti I: Dettalji tal-kunsinja mibgħuta Iċ-ċertifikat tas-saħħa Għal ħalib u prodotti tal-ħalib mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem biex jintbagħtu lejn il-Komunità Ewropea jew għal tranżitu minnha PAJJIŻ: Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE I.1. Kunsinnatur Isem Indirizz Tel. I.2. Numru ta' Ċertifikat ta' riferenza I.2.a I.3. Awtorità Ċentrali kompetenti I.4. Awtorità lokali kompetenti I.5. Destinatarju Isem Indirizz Kodiċi Postali Tel. I.6. Persuna responsabbli mill-kunsinja fl-UE Isem Indirizz Kodiċi Postali Tel. I.7. Pajjiż ta' oriġini Kodiċi ISO I.8. Reġjun ta' oriġini Kodiċi I.9. Pajjiż ta' destinazzjoni Kodiċi ISO I.10. Reġjun ta' destinazzjoni Kodiċi I.11. Pajjiz ta' oriġini Isem Numru approvat Indirizz I.12. Post ta' destinazzjoni Customs warehouse Isem Numru approvat Indirizz Kodiċi Postali I.13. Post ta' tgħabija I.14. Data ta' tluq I.15. Mezz ta' trasport Ajruplan Vaxxel Vagun Vejikolu tat-triq Oħrajn Identifikazzjoni Referenzi Dokumentarji: I.16. BIP tad-dħul fl-UE I.17. Nru.(Nri) tas-CITES I.18. Deskrizzjoni tal-prodott I.19. Kodiċi tal-Komodita (Kodiċi CN) I.20. Kwantità I.21. Temperatura ta' prodotti Ambjent Mkessaħ Friżat I.22. Numru ta' pakketti I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta' siġill I.24. Tip ta' ippakkettar I.25. Prodotti ċċertifikati Ikel ta' l-annimali Aktar ipproċessar Użu tekniku Oħrajn I.26. Għat-tranżitu fl-UE lejn Pajjiż Terz Pajjiz terz Kodiċi ISO I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti Speċi Numru ta ’ l-approvazzjoni ta ’ l-istabbilimenti impjant tal-manifattura Piż nett Numru tal-baċċ Parti II: Ċertifikazzjoni PAJJIŻ Ħalib u prodotti tal-ħalib mhux għal konsum mill-bniedem II. Informazzjoni dwar is-saħħa II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat II.b. Jiena, il-veterinarju uffiċjali ffirmat hawn taħt, niddikjara li qrajt u fhimt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1) u niċċertifika li l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2) imsemmija fil-kaxxa I.28 jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. kienu prodotti u derivati fi … (daħħal isem il-pajjiż esportatur), … (daħħal l-isem tar-reġjun) (3), li huwa elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/438/KE, u li kien ħieles mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u r-rinderpest għal 12-il xahar immedjatament qabel l-esportazzjoni u ma wettaq l-ebda tilqim kontra r-rinderpest matul dak il-perjodu; 2. kienu prodotti minn ħalib nej derivat minn annimali li fil-waqt tal-ħlib ma wrewx sinjali kliniċi ta’ ebda marda trażmissibbli mill-ħalib lill-bnedmin jew l-annimali, u li nżammu għal minimu ta’ 30 jum qabel il-produzzjoni fi stabbilimenti li ma kinux soġġetti għal restrizzjonijiet uffiċjali minħabba l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jew ir-rinderpest; 3. huma (2) jew [ħalib jew prodotti tal-ħalib, minbarra x-xorrox, li sarilhom wieħed mit-trattamenti jew taħlita ta' trattamenti deskritti fil-punt 4] (2) jew [huma magħmula kompletament mix-xorrox b’pH taħt is-6, li ma nġabarx qabel 16-il siegħa mit-tagħqid minn ħalib soġġett għal wieħed mit-trattamenti deskritti fil-punt 4] 4. kienu soġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin: (2) jew [High Temperature Short Time pasteurisation (pastorizzazzjoni f’temperatura għolja għal ħin qasir) f’72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda, jew pastorizzazzjoni ekwivalenti li tikseb reazzjoni negattiva għal test tal-phosphatase, flimkien ma’: (2) jew trattament ieħor sussegwenti ta' HTST pasteurisation (pastorizzazzjoni f’temperatura għolja għal ħin qasir) f’72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda jew pastorizzazzjoni ekwivalenti li tikseb reazzjoni negattiva għal test tal-phosphatase] (2) jew proċess ta’ tnixxif sussegwenti, flimkien ma' tisħin addizzjonali sa 72 °C jew iktar fil-każ tal-ħalib maħsub għall-konsum,] (2) jew proċess sussegwenti li permezz tiegħu l-pH jitnaqqas u jinżamm għal mill-inqas siegħa f’livell taħt is-6;] (2) (4) jew il-kundizzjoni li l-ħalib jew il-prodott tal-ħalib ġie prodott għallinqas 21 jum qabel ġie kkonsenjat u li matul dak il-perjodu ma kien hemm ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż esportatur;] (2) (4) jew il-ħalib/prodott tal-ħalib ġie prodott fi //; din id-data, b’kunsiderazzjoni tat-tul previst tal-vjaġġ, hija għallinqas 21 jum qabel ma l-konsenja tiġi ppreżentata f’Post għall-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta’ l-Unjoni Ewropea] (2) jew [sterilizzazzjoni f’livell ta' mill-inqas F03] (2) jew [Ultra High Temperature treatment (trattament b’temperatura estremament għolja) f’132 °C għal mill-inqas sekonda, flimkien ma': (2) jew proċess ta’ tnixxif sussegwenti, flimkien ma' tisħin addizzjonali sa 72 °C jew iktar fil-każ tal-ħalib maħsub għall-konsum,] (2) jew proċess sussegwenti li permezz tiegħu l-pH jitnaqqas u jinżamm għal mill-inqas siegħa f’livell taħt is-6.] (2) (4) jew il-kundizzjoni li l-ħalib jew il-prodott tal-ħalib ġie prodott għallinqas 21 jum qabel ġie kkonsenjat u li matul dak il-perjodu ma kien hemm ebda każ tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż esportatur;] (2) (4) jew il-ħalib/prodott tal-ħalib ġie prodott fi //; din id-data, b’kunsiderazzjoni tat-tul previst tal-vjaġġ, hija għallinqas 21 jum qabel ma l-konsenja tiġi ppreżentata f’Post għall-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta’ l-Unjoni Ewropea] 5. ittieħdet kull prekawzjoni biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħalib/prodotti tal-ħalib wara l-ipproċessar; 6. il-ħalib/il-prodott tal-ħalib ġie ppakkjat: (2) jew [f’kontenituri ġodda,] (2) jew [f’vetturi jew kontejners ta’ l-ingrossa ddiżinfettati qabel it-tagħbija bl-użu ta’ prodott approvat mill-awtorità kompetenti,] u l-kontenituri huma mmarkati sabiex jindikaw in-natura tal-ħalib/prodott tal-ħalib u għandhom tikketti li jindikaw li l-prodott huwa materjal tal-Kategorija 3 u mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem. PAJJIŻ Ħalib u prodotti tal-ħalib mhux għal konsum mill-bniedem Noti Parti I: Kaxxa ta’ referenza I.6: Il-persuna responsabbli għat-tagħbija fl-UE: din il-kaxxa għandha timtela biss jekk iċ-ċertifikat huwa għal prodott fi tranżitu. Kaxxa ta’ referenza I.12: Il-post tad-destinazzjoni: din il-kaxxa għandha timtela biss jekk iċ-ċertifikat huwa għal prodott fi tranżitu. Kaxxa ta’ referenza I.15: Għandu jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni (vaguni ta’ ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur). Fil-każ tal-ħatt jew tagħbija mill-ġdid, il-konsenjatur għandu jinforma lill-Post għall-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera tad-dħul fl-UE. Kaxxa ta’ referenza I.19: uża l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (HS – Harmonised System) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana: 23.09.10, 23.09.90, 35.01, 35.02 jew 35.04. Kaxxa ta’ referenza I.23: fil-każ ta’ kontejners ta’ l-ingrossa, għandu jiġi inkluż in-numru u n-numru tas-siġill (fejn japplika) tal-kontejner. Kaxxa ta’ referenza I.26 u I.27: imla skond jekk iċ-ċertifikat huwiex ta’ tranżitu jew ta’ importazzjoni. Kaxxa ta’ referenza I.28: ‘Impjant tal-manifattura’: agħti n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-trattament jew ta’ l-ipproċessar. Parti II: (1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. (2) Ħassar skond il-każ. (3) Għandha timtela jekk l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità tkun ristretta għal ċerti reġjuni tal-pajjiż terz ikkonċernat. (4) Din il-kundizzjoni tapplika biss għal pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna ‘A’ ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE Il-firma u t-timbru għandhom ikollhom kulur differenti minn dak ta’ l-istampar. Nota għall-importatur: dan iċ-ċertifikat iservi għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Il-veterinarju uffiċjali Isem (b’ittri kbar): Kwalifika u titlu: Data: Firma: Timbru:

3. Fl-Anness XI, il-Parti I tinbidel b'dan li ġej:

3.

PARTI I Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 2)

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE.

Versions

  1. 2008-05-21