Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2008 tad-29 ta' Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/473@2008-05-29/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,
Billi:
(1) Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi-NM) għal ċerti sustanzi u prodotti ġew emendati.
(2) L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, rigward is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu, jirreferi għal uħud mill-kodiċi-NM li ġew emendati bir-Regolament (KE) Nru 1214/2007. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness jiġi aġġustat. Meta jitqies l-għadd ta’ bidliet li jridu jsiru, huwa xieraq għal raġunijiet ta’ ċarezza li l-Anness jinbidel fl-initier tiegħu.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.
(4) Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1214/2007 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.
(5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000;
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2008. Għall-Kummissjoni Stavros Dimas Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS IV Gruppi, kodiċi tan-nomenklatura magħquda u deskrizzjonijiet għas-sustanzi msemmija fl-annessi I u III
Grupp Kodiċi NM Deskrizzjoni Grupp I 29034100 Triklorofluworometan 29034200 Diklorofluworometan 29034300 Triklorotrifluworoetani 29034410 Diklorotetrafluworoetani 29034490 Kloropentafluworoetan Grupp II 29034510 Klorotrifluworometan 29034515 Pentaklorofluworoetan 29034520 Tetraklorodifluworoetani 29034525 Eptaklorofluworopropani 29034530 Eksaklorodifluworopropani 29034535 Pentaklorotrifluworopropani 29034540 Tetraklorotetrafluworopropani 29034545 Trikloropentafluworopropani 29034550 Dikloroheksafluworopropani 29034555 Kloroeptafluworopropani Grupp III 29034610 Bromoklorodifluworometan 29034620 Bromotrifluworometan 29034690 Dibromotetrafluworoetani Grupp IV 29031400 Tetraklorur karboniku Grupp V 29031910 1,1,1-Trikloroetan (metilkloroform) Grupp VI 29033911 Bromometan (metil bromur) Grupp VII 29034930 Idrobromofluworometani, -etani jew -propani Grupp VIII 29034911 Klorodifluworometan (HCFC-22) 29034915 1,1-Dikloro-1-fluworoetan (HCFC-141b) 29034919 Idroklorofluworometani oħrajn, -etani jew -propani (HCFCs) Grupp IX ex29034980 Bromoklorometan Taħlitiet 38247100 Taħlitiet li fihom klorofluworokarboni (CFCs), kemm jekk fihom idroklorofluworokarboni (HCFCs), perfluworokarboni (PFCs) jew idrofluworokarboni u kemm jekk le 38247200 Taħlitiet li fihom bromoklorodifluworometan, bromotrifluworometan jew dibromo-tetrafluworoetani 38247300 Taħlitiet li fihom bromoklorodifluworometan, bromotrifluworometan jew dibromo-tetrafluworoetani 38247400 Taħlitiet li fihom idroklorofluworokarboni (HCFCs), kemm jekk fihom perfluworokarboni (PFCs) jew idrofluworokarboni u kemm jekk le, iżda li ma fihomx klorofluworokarboni (CFCs) 38247500 Taħlitiet li fihom tetraklorur karboniku 38247600 Taħlitiet li fihom 1,1,1-trikloroetan (metil kloroform) 38247700 Taħlitiet li fihom bromometan (metil bromur) jew bromoklorometan