Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-allokazzjoni lill-Belġju ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fiż-żoni IIa (Ilmijiet tal-KE), IV u VIId ta’l-ICES (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6541) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (2008/51/KE)

In forceVersion 2007-12-20from 2008-01-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/51@2007-12-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid, u b’mod partikolari punt 10 ta’ l-Anness IIA tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Belġju,

Billi:

(1) Il-punt 8 ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem li matulhom il-bastimenti Komunitarji b’tul totali ta’ 10 metri jew ikbar li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni tal-baħar għoli (Daniżi) u rkapti simili (minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travi) b’malji ta’ 70 mm jew ikbar, jew għeżula tat-tisqif u għeżula tal-mitlaq minbarra pariti jistgħu jkunu preżenti mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008 fis-Skagerrak, iż-żoni IV u VIId ta’ l-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa ta’ l-ICES.

(2) Il-punt 10 ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jippermetti lill-Kummissjoni talloka, fuq bażi ta’ talba magħmula mill-Istati Membri, għadd addizzjonali ta’ jiem fuq il-baħar li matulhom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żona ġeografika meta qed iġorr abbord tali rkapti, fuq bażi ta’ waqfiet permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2002.

(3) Fid-29 ta’ Ġunju 2007 u fit-2 ta’ Ottubru 2007 l-Belġju ressaq dejta li turi li l-bastimenti, li waqqfu mill-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2002 għamlu rispettivament 2.15 % ta’ l-isforz tas-sajd li sar fl-2001 mill-bastimenti Belġjani preżenti fiż-żona ġeografika u li jġorru abbord għeżula tat-tisqif u għeżula tal-mitlaq (minbarra pariti) u 41.96 % ta’ l-isforz tas-sajd li sar fl-2001 mill-bastimenti Belġjani preżenti fiż-żona ġeografika u li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni tal-baħar għoli (Daniżi) u rkapti simili (minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travi) b’malji ta’ 70 mm jew ikbar.

(4) Meta titqies id-dejta mressqa, il-Belġju għandu jiġi allokat 3 ijiem addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord għeżula tat-tisqif u għeżula tal-mitlaq (minbarra pariti), 86 jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni tal-baħar għoli (Daniżi) u rkapti simili (minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travi) b’malji ta’ 70 mm jew ikbar u iżgħar minn 90 mm, 88 jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni tal-baħar għoli (Daniżi) u rkapti simili (minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travi) b’malji ta’ 90 mm jew ikbar u iżgħar minn 100 mm, u 40 jum addizzjonali fuq il-baħar għal bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni tal-baħar għoli (Daniżi) u rkapti simili (minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travi) b’malji ta’ 100 mm jew ikbar fiż-żona ġeografika korrispondenti (fiż-żona kollha jew f’parti minnha) matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, i.e. mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008.

(5) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-għadd massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera tal-Belġju u li jġorr abbord irkapti tas-sajd elenkati fil-punt 4.1.ċ.i, 4.1.ċ.ii, 4.1.ċ.iii u 4.1.ċ.iv ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jista’ jkun preżenti fis-Skagerrak u ż-żoni IIa (ilmijiet tal-KE), IV u VIId ta’ l-ICES, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness għal każijiet fejn ma tapplika l-ebda kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 8.1 ta’ l-istess Anness, għandu jiżdied bi 3 ijiem fuq il-baħar.

2. L-għadd massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera tal-Belġju u li jġorr abbord irkapti tas-sajd elenkati fil-punt 4.1.a.ii ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jista’ jkun preżenti fiż-żoni IIa (ilmijiet tal-KE) u IV ta’ l-ICES, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness għal każijiet fejn ma tapplika l-ebda kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 8.1 ta’ l-istess Anness, għandu jiżdied b’86 jum fuq il-baħar.

3. L-għadd massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera tal-Belġju u li jġorr abbord irkapti tas-sajd elenkati fil-punt 4.1.a.iii ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jista’ jkun preżenti fiż-żoni IIa (ilmijiet tal-KE), IV u VIId ta’ l-ICES, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness għal każijiet fejn ma tapplika l-ebda kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 8.1 ta’ l-istess Anness, għandu jiżdied bi 88 jum fuq il-baħar.

4. L-għadd massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera tal-Belġju u li jġorr abbord irkapti tas-sajd elenkati fil-punt 4.1.a.iv u 4.1.a.v ta’ l-Anness IIA għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jista’ jkun preżenti fiż-żoni IIa (ilmijiet tal-KE), IV u VIId ta’ l-ICES, u fis-Skagerrak kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness għal każijiet fejn ma tapplika l-ebda kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 8.1 ta’ l-istess Anness, għandu jiżdied b’40 jum fuq il-baħar.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007. Għall-Kummissjoni Joe Borg Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2007-12-20