Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008 li tawtorizza għajnuna Finlandiża għaż-żrieragħ u għaż-żerriegħa taċ-ċereali fir-rigward tas-snin ta’ ħsad 2007 u 2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2700) (It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi) (2008/548/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/548@2008-06-24/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 1674/72, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) Bl-ittra tas-17 ta’ Diċembru 2007, il-Gvern Finlandiż talab l-awtorizzazzjoni għas-snin 2007-2010, biex jagħti għajnuna lill-bdiewa għal ċerti kwantitajiet ta’ tipi ta’ żrieragħ u żrieragħ taċ-ċereali li huma prodotti biss fil-Finlandja minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-klima tagħha. Informazzjoni supplimentari kienet provduta bl-ittri tas-16 ta’ Jannar u ta’ l-20 ta’ Frar 2008.
(2) Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005, il-Finlandja għandha tgħaddi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-għajnuna awtorizzata. Sabiex ma tantiċipax din ir-reviżjoni interim, żrieragħ ikkultivati fl-2007 u fl-2008 biss jistgħu jirċievu l-għajnuna f’dan l-istadju.
(3) Il-Finlandja talbet awtorizzazzjoni biex tagħti għajnuna għal kull ettaru ta’ ċerti taqsimiet taħt l-ispeċi taż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) u tal-Leguminosae (legumi) kif stabbiliti fl-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ għajnuna diretta taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sapport għall-bdiewa u li jimmodifika ir-Regolamenti (KEE) 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, bl-eċċezzjoni tal-Phleum pratense L. (Timothy), u għal ċerti taqsimiet taħt iż-żrieragħ taċ-ċereali.
(4) L-għajnuna proposta għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005. L-għajnuna tikkonċerna l-varjetajiet taż-żrieragħ u taż-żrieragħ taċ-ċereali kkultivati fil-Finlandja li huma adattati għall-kundizzjonijiet tal-klima ta’ dak il-pajjiż u li ma jitkabbrux fi Stati Membri oħrajn. L-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun limitata għall-varjetajiet elenkati fil-lista ta’ varjetajiet Finlandiżi li huma prodotti fil-Finlandja biss.
(5) Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun informata dwar il-miżuri meħuda mill-Finlandja biex tikkonforma mal-limiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni,
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Finlandja hija awtorizzata biex, mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008, tagħti għajnuna lil dawk li jkabbru, u li huma stabbiliti fit-territorju tagħha, iż-żrieragħ u ż-żrieragħ taċ-ċereali ċċertifikati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, fil-limiti ta’ l-ammonti stabbiliti f’dak l-Anness. L-awtorizzazzjoni għandha tkopri esklussivament il-varjetajiet elenkati fil-katalogu nazzjonali Finlandiż u li jitkabbru fil-Finlandja biss.
Artikolu 2 Il-Finlandja għandha tiżgura, b’sistema ta’ spezzjoni xierqa, li l-għajnuna tingħata biss għall-varjetajiet elenkati fl-Anness.
Artikolu 3 Il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni lista tal-varjetajiet iċċertifikati kkonċernati u kwalunkwe emendi f’din il-lista u tinforma lill-Kummissjoni dwar t-taqsimiet u l-kwantitajiet ta’ żrieragħ u żrieragħ taċ-ċereali li jirċievu l-għajnuna.
Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Żrieragħ
Eleġibbli It-taqsima taħt iż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) u tal-Leguminosae (legumi) iċċertifikati ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bl-eċċezzjoni tal-Phleum pratense L. (Timothy). L-għajnuna massima għal kull ettaru EUR 220 Il-bagit massimu EUR 442200
Żrieragħ taċ-ċereali
Eleġibbli It-taqsima taħt iż-żrieragħ ċċertifikati tal-qamħ, il-ħafur, ix-xgħir u s-sikrana. L-għajnuna massima għal kull ettaru EUR 73 Il-baġit massimu EUR 2190000