Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-ħatra ta’ membru Portugiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2008/570/KE, Euratom)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/570@2008-07-08/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Portugiż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi, konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Eduardo Manuel NOGUEIRA CHAGAS, sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1 Is-Sur Florival ROSA LANÇA, huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-bqija tal-perijodu tal-mandat, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008. Għall-Kunsill Il-President C. Lagarde