Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2008/571/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/571@2008-07-08/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2008 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
(2) Il-mandati ta’ Coopers u Lybrand (1998-2003) u KPMG Deutsche Treuhand-Gesellschaft AG Wirtschaftsprüfingsgesellschaft (2003-2007) skadew wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007. Għalhekk jeħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2008.
(3) Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE rrakkomanda li Pricewaterhouse Coopers Aktiengesellschaft Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 1
Artikolu 1 PricewaterhouseCoopers Aktiengesellschaft Wirtschaftsprüfungsgesellschaft huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-BĊE.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008. Għall-Kunsill Il-President C. Lagarde