Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 618/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jaġġusta l-obbligi tal-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skond il-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008

In forceVersion 2008-06-27from 2008-06-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/618@2008-06-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli ddettaljati ta' l-applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008-2009 għall-importazzjoni u l-irfinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-iffissar ta' l-obbligi tal-konsenja bla dazju għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja.

(2) Dawn il-kwantitajiet kienu ffissati, għall-perjodu 2007/2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2008 tat-28 ta' Jannar 2008 li jiffissa l-obbligi għall-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat taħt il-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008.

(3) L-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll ta' l-AKP jistipula r-regoli għall-każijiet fejn Stat mill-AKP jonqos milli jikkonsenja l-kwantità miftehma.

(4) L-awtoritajiet kompetenti tal-Barbados, tal-Kongo, tal-Kenja, tal-Madagaskar u tat-Trinidad u Tobago infurmaw lill-Kummissjoni li ma jistgħux jikkonsenjaw il-kwantitajiet kollha miftehma magħhom u li ma jixtiqux li jkollhom perjodu addizzjonali għall-konsenja.

(5) Għaldaqstant, wara konsultazzjoni ma' l-Istati mill-AKP ikkonċernati, għandha ssir allokazzjoni mill-ġdid tan-nuqqas għall-perjodu tal-konsenja 2007/2008.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 77/2008 għandu għalhekk jiġi rrevokat, u l-obbligi tal-konsenja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008 għandu jiġi aġġustat skond l-Artikolu 12(1) u (2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

(7) Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jistipula li l-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu ma għandux japplika għal kwantità allokata mill-ġdid skond l-Artikolu 7(1) jew (2) tal-Protokoll ta' l-AKP. Il-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi importata qabel it-30 ta' Ġunju 2008. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar din l-allokazzjoni mill-ġdid ittieħdet tard, u meta jitqies iż-żmien li jingħata għall-applikazzjoni tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, ser ikun impossibbli li din l-iskadenza tkun irrispettata. Għalhekk l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu japplika wkoll għall-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament.

(8) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-obbligi għall-konsenji ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' zokkor abjad, fil-perjodu ta' konsenja 2007/2008 għal kull pajjiż ikkonċernat li jesporta, huma b'dan aġġustati kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2 B'deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, l-Artikolu 14(1) ta' dak ir-Regolament għandu japplika għall-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament u importata wara t-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 3 Ir-Regolament (KE) Nru 77/2008 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

L-obbligi għall-konsenji ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' zokkor abjad, għall-perjodu 2007/2008 Il-pajjiż firmatarju għall-Protokoll ta' l-AKP jew għall-Ftehim ma' l-Indja L-obbligi tal-konsenja 2007/2008 Il-Barbados 27464,3 Il-Beliże 69615,98 Il-Kongo 0,00 Il-Kosta ta' l-Avorju 10123,12 Il-Fiġi 162656,25 Il-Gujana 191368,87 L-Indja 9999,83 Il-Ġamajka 148003,16 Il-Kenja 2045,07 Il-Madagaskar 6249,50 Il-Malawi 24367,72 Il-Mawrizju 476789,70 Il-Możambik 5965,92 L-Uganda 0,00 San Kristofru u Nevis 0,00 Is-Surinam 0,00 Is-Sważiland 126027,92 It-Tanżanija 9672,60 Trinidad u Tobago 0,00 Iż-Żambja 11865,01 Iż-Żimbabwe 37660,14 TOTAL 1319875,62

Versions

  1. 2008-06-27