Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2008 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

In forceVersion 2008-01-25from 2008-01-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/69@2008-01-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98 a) b) ċ) d) e)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' 10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u ddefinixxa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX għar-Regolament imsemmi.

(2) Is-subperjodu tax-xaħar ta' Jannar huwa l-ewwel subperjodu għall-kwoti provduti fil-punti a), b), ċ) u d) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(3) Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati.

(4) Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jinvolvu kwantità li ma taqbiżx dik disponibbli.

(5) Għaldaqstant jeħtieġ li, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-sottoperjodu li jmiss, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 - 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2008, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2. Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti koperti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 - 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 msemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98 a) b) ċ) d) e)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 100630, provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008 Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Frar 2008 (f'kg) L-Istati Uniti ta' l-Amerika 09.4127 — 15136312 Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 100630, provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008 Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2008 (f'kg) It-Tajlandja 09.4128 — 7246608 L-Awstralja 09.4129 — 1019000 Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor 09.4130 — 1805000 Kwota ta' ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 100620, provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008 Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008 (f'kg) Il-pajjiżi kollha 09.4148 2,160463 % 0 Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 100640, provduta bl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008 Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008 (f'kg) It-Tajlandja 09.4149 — 30070765 L-Awstralja 09.4150 — 16000000 Il-Gujana 09.4152 — 11000000 L-Istati Uniti ta' l-Amerika 09.4153 — 9000000 Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor 09.4154 1,746724 % 6000008 Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 100630, prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008 Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008 (f'kg) It-Tajlandja 09.4112 1,496205 % 0 L-Istati Uniti ta' l-Amerika 09.4116 2,627527 % 0 L-Indja 09.4117 1,386787 % 0 Il-Pakistan 09.4118 1,291686 % 0 Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor 09.4119 1,388030 % 0 Il-pajjiżi kollha 09.4166 1,165956 % 17011010

Versions

  1. 2008-01-25