Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta’ l-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (2008/750/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/750@2008-09-15/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Protokoll anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE ta’ l-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta’ l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Għall-finijiet tal-Protokoll anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, il-Kummissjoni tamministra l-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.
(2) Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/77/KE, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid l-operazzjoni u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji.
(3) L-esperjenza miksuba fl-ewwel ħames snin ta’ implimentazzjoni tal-linji gwida finanzjarji u l-iżviluppi fil-prattika tas-suq finanzjarju juru ħtieġa li dawk il-linji gwida jiġu adattati.
(4) Il-linji gwida għandhom jirriflettu il-prattika standard tas-suq u d-definizzjonijiet fir-rigward, fost oħrajn, il-kunċetti ta’ maturità li ntużaw, l-ekwivalenti f’titoli fil-każ ta’ strumenti ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid u l-istimi applikabbli.
(5) Soġġetti għar-rekwiżiti ta’ l-istimi, ċerti entitajiet pubbliċi għandhom ikunu assimilati ma’ l-Istati Membri jew sovranitajiet oħra fil-kuntest tal-limiti fl-investiment.
(6) Il-linji gwida għandhom iqisu t-tibdil fil-prinċipji ta’ kontabilità tal-Kummissjoni.
(7) Għar-raġunijiet ta’ effiċjenza u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi, il-frekwenza tar-rappurtaġġ għandha tiġi adattata.
(8) Id-Deċiżjoni 2003/77/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2003/77/KE huwa b’dan emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) Il-punt 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1)
(a) il-punt (a)(iii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
(a)
(iii) bonds b’rata fissa jew mhux marbuta b’maturità, jew fil-każ ta’ titoli sostnuti mill-assi, maturità mistennija li ma teċċedix iż-żmien li jkun fadal ta’ 10 snin u sitt xhur mid-data tal-ħlas, sakemm jinħarġu minn waħda mill-kategoriji ta’ issuers awtorizzati;;
(b) il-punt (b)(i) huwa mibdul b’dan li ġej:
(b)
(i) ftehim ta’ xiri mill-ġdid u xiri bil-maqlub, bil-kondizzjoni li l-kontropartijiet għandhom ikunu awtorizzati għal tali operazzjonijiet, u bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tibqa’ f’pożizzjoni li tixtri mill-ġdid titoli li setgħet biegħet sad-data tat-terminu perentorju. Titoli ekwivalenti huma titoli (i) maħruġa mill-istess issuer, (ii) li jifformaw parti mill-istess ħruġ, u (iii) huma ta’ l-istess tip, valur nominali, deskrizzjoni u ammont ta’ titoli mislufa ħlief fejn ikunu soġġetti għal azzjoni maħruġa minn kumpanija jew denominazzjoni mill-ġdid;.
(2) Il-punt 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
(2)
(a) il-punt (a)(i) sa (iii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
(a)
(a) L-investiment għandu jkun limitat għal dawn l-ammonti li ġejjin:
(a)
(i) għal bonds maħruġa jew garantiti mill-Istati Membri jew istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni, EUR 250 miljun għal kull Stat Membru jew istituzzjoni; bonds maħruġa jew garantiti minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jew intrapriżi jew istituzzjonijiet tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, jistgħu jiġu inkluzi taħt il-limitu ta’ l-Istat Membru rispettiv, sakemm ikollhom stima ta’ kreditu ta’ mhux anqas minn AA jew l-ekwivalenti;
(ii) għal bonds maħruġa jew garantiti minn oħrajn sovrani, li jsellfu, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom jew intrapriżi jew istituzzjonijiet tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, jew minn oħrajn li jsellfu supranazzjonali, bi stima ta’ kredtu ta’ mhux anqas minn AA jew l-ekwivalenti tiegħu, EUR 100 miljun għal kull issuer jew garanti;
(iii) għal depożiti ma’ u/jew titoli ta’ self, li jinkludu bonds, ta’ bank awtorizzat, l-inqas ta’ jew EUR 100 miljun għal kull bank jew 5 % tal-fondi tal-bank stess;;
(b) il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
(b)
(b) L-investiment f’ħarġa ta’ bond wieħed, bil-kondizzjoni tal-limitu stabbilit fil-punt (a), m’għandux ikun aktar minn 20 % ta’ l-ammont totali ta’ dik il-ħarġa, meta jsir ix-xiri.;
(ċ) it-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-punt (d): Ladarba l-Kummissjoni ssir konxja li jkun hemm tnaqqis taħt il-livelli minimi meħtieġa, għandha tagħmel ħilitha biex tibdel l-investimenti korrispondenti.;
(d) għandu jiżdied il-punt (e) li ġej:
(d)
(e) Jekk ir-rata ta’ bond tkun ogħla mir-rata ta’ l-issuer jew l-issuer ma jkollu l-ebda stima, tapplika l-istima tal-bond..
(3) 6. Il-punt 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: KONTABILITÀ L-amministrazzjoni tal-fondi għandha tkun spjegata fil-kontijiet annwali tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq u ppreżentati skond il-Prinċipji ta’ Kontabilità tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, b’kont meħud tan-natura speċifika tal-KEFA f’likwidazzjoni u, malli titwettaq il-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Il-kontijiet ikunu approvati mill-Kummissjoni u eżaminati mill-Qorti ta’ l-Awdituri. Il-Kummissjoni għandha tqabbad ditti esterni biex iwettqu verifika annwali tal-kontijiet tagħha..
(4) Fil-punt 7, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: Rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta’ amministrazzjoni mwettqa skond dawn il-linji gwida għandu jiġi mfassal kull sitt xhur u mibgħut lill-Istati Membri..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008. Għall-Kunsill Il-President B. Kouchner