Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2008 rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé rigward il-ħatra ta' Depożitarju tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé 2007 (2008/75/KE)

In forceVersion 2008-01-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/75@2008-01-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 (1) sa (4), flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé fit-98 laqgħa tiegħu permezz tar-Riżoluzzjoni 431 tat-28 ta' Settembru 2007 adotta t-test tal-Ftehim Internazzjonali l-ġdid dwar il-Kafé għall-2007;

(2) Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafé ta' l-2001 ġie estiż għal sena mill-1 ta' Ottubru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008 permezz tar-Riżoluzzjoni 432 tat-28 ta' Settembru 2007;

(3) Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(10) tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé ta' l-2007, id-Depożitarju futur tal-Ftehim għandu jinħatar b'Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kafé skond il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé attwali ta' l-2001. Din id-Deċiżjoni għandha tittieħed b'kunsens qabel il-31 ta' Jannar 2008;

(4) L-istabbiliment tad-Depożitarju huwa fl-interess tal-Komunità Ewropea;

(5) Għandha tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea dwar din il-kwistjoni fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé;

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé għandha tkun li tivvota favur il-ħatra ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafé bħala Depożitarju tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafé ta' l-2007.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008. Għall-Kunsill Il-President I. Jarc

Versions

  1. 2008-01-21