Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2008 ta' l-4 ta' Awwissu 2008 li jemenda l-Annessi I, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ta' saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/777@2008-08-04/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli ta' saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi regoli ta' saħħa pubblika u dik ta' l-annimali għall-ġbir, trasport, ħażna, maniġġjar, ipproċessar u użu jew disponibbiltà ta' prodotti sekondarji mill-annimali u t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti.
(2) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fih definizzjoni ta' dqiq tad-demm. Biex tkun iċċarata din id-definizzjoni, huwa xieraq li jkun speċifikat li din tkopri wkoll prodotti li jinkisbu bit-trattament bi sħana ta' frazzjonijiet ta' demm skond il-Kapitolu II ta' l-Anness VII ta' dan ir-Regolament, u maħsuba għall-konsum mill-annimali jew bħala fertilizzanti organiċi.
(3) Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proteina pproċessata mill-annimali mammiferi huma stipulati fil-Kapitolu II ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Ir-rekwiżiti ta' trattament stipulati f' A(1) ta' dan il-Kapitolu, għall-proteina ppproċessata mill-annimali mammiferi, għandhom jiġu emendati biex titqies id-definizzjoni l-ġdida ta' dqiq tad-demm fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
(4) L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula li l-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu pproċessati f'sit differenti mis-sit ta' ġbir, sakemm dan ma jkunx f'bini kompletament maqtugħ għalih. Jistipula wkoll li l-ipproċessar tal-prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw mill-istess sit fl-impjanti ta' ipproċessar li jkunu konnessi ma' biċċerija permezz ta' sistema ta' konvejer jista' jkun permess skond ċerti kundizzjonijiet.
(5) Sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ta' l-impjanti ta' ipproċessar tal-Kategorija 3, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jitħallew jidderogaw minn dawn id-dispożizzjonijiet u jippermettu d-dħul ta' materjal tal-Kategorija 3 li joriġina minn bnadi oħra approvati skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali, skond kundizzjonijiet li għandhom l-għan ta' kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali.
(6) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Annessi I, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
L-Annessi I, V u VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qed jiġu emendati kif ġej:
(1) Fl-Anness I, il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:
(1)
6. dqiq tad-demm ifisser prodotti dderivati mit-trattament bis-sħana ta’ demm jew frazzjonijiet ta' demm bi qbil ma’ l-Anness VII, Kapitolu II, u maħsuba għall-konsum mill-annimali jew għal fertilizzanti organiċi;
(2) Fl-Anness V, il-Kapitolu I, il-punt 1(a) jinbidel b'dan li ġej:
(2)
(a) L-impjanti ta' pproċessar ma għandhomx jinsabu fl-istess sit tal-biċċeriji, sakemm ir-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn biċċeriji bħal dawn, ma jittaffewx bil-konformità ma' mill-anqas dawn il-kundizzjonijiet: Bħala deroga mill-punti (i) sa (iv), fil-każ ta' l-impjanti ta' pproċessar tal-Kategorija 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw kundizzjonijiet oħra minflok dawk stabbiliti f'dawn il-punti, bil-għan li jittaffew ir-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, inklużi r-riskji li ġejjin mill-ipproċessar ta' materjal tal-Kategorija 3, li joriġina minn stabbilimenti lilhinn mis-sit approvati skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1) dwar l-użu ta' din id-deroga mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
(a)
(i) l-impjant ta' pproċessar irid ikun fiżikament maqtugħ għalih mill-biċċerija; fejn xieraq billi l-impjant ta' pproċessar ikun jinsab f'bini li huwa għal kollox maqtugħ mill-biċċerija;
(ii) dan li ġej irid ikun installat u jopera:
sistema ta' konvejer li jaqqgħad l-impjant ta' pproċessar mal-biċċerija,
dħul, postijiet ta' riċezzjoni, tagħmir u ħruġ separati għall-impjant ta' proċessar u l-biċċerija;
(iii) iridu jittieħdu miżuri biex jitwaqqaf it-tixrid tar-riskji permezz tal-persunal li jaħdem fl-impjant ta' pproċessar u fil-biċċerija;
(iv) persuni mhux awtorizzati u annimali ma għandux ikollhom aċċess għall-impjant ta' pproċessar.
(3) Fl-Anness VII, Kapitolu II, paragrafu A(1), l-ewwel sottoparagrafu qiegħed jiġi sostitwit b'dan li ġej: Il-proteina pproċessata mill-annimali mammiferi trid tkun ġiet ippreżentata għal metodu ta’ pproċessar nru 1. Iżda, id-demm porċin jew frazzjonijiet ta' demm porċin jista' jiġi ippreżentat mill-banda l-oħra għal kull wieħed mill-metodi ta' pproċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta' pproċessar nru 7 sakemm fil-każ tal-metodu 7 ta' pproċessar, jiġi applikat trattament ta' sħana b'temperatura minima ta' 80 °C.