Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba minn ċerti Stati Membri fl-2008 għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4013) (2008/793/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/793@2008-10-01/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Komunità għal infiq li jirriżulta mill-programmi nazzjonali għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data.
(2) Dawk il-programmi għandhom jitħejjew skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2001 tal-25 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi l-programmi minimi u estiżi tal-Komunità għall-ġbir tad-data fis-settur tas-sajd u li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000.
(3) Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Rumanija, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit ressqu l-programmi nazzjonali għall-2008, kif hemm ipprovdut fl-Art. 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000. Dawk l-Istati Membri ressqu wkoll applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.
(4) Il-Kummissjoni eżaminat il-programmi ta’ l-Istati Membri u vvalutat l-eliġibbiltà ta’ l-ispejjeż.
(5) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000 jistabbilixxi l-bażi għal programm Komunitarju minimu li jkopri l-informazzjoni li hija assolutament meħtieġa għall-evalwazzjonijiet xjentifiċi, u programm Komunitarju estiż li għandu jinkludi, flimkien ma’ l-informazzjoni li tinsab fil-programm minimu, informazzjoni li x’aktarx ittejjeb b’mod sostanzjali l-evalwazzjonijiet xjentifiċi.
(6) L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jipprovdi li miżuri finanzjarji Komunitarji fil-qasam tal-ġbir tad-data bażika m’għandhomx jaqbżu l-50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm ta’ ġbir u ġestjoni tad-data. L-Artikolu 24(2) jistipula li għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet li l-aktar huma xierqa biex jittejjeb il-ġbir tad-data meħtieġa għall-PKS.
(7) Għandu jsir ħlas bil-quddiem lill-Istati Membri bil-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tagħhom. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità lill-Programmi Nazzjonali għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapport tekniku annwali msemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1639/2001 u l-ispejjeż assoċjati miegħu.
(8) Din id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni finanzjarja skond l-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
(9) Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-2008 l-ammont ta’ spejjeż eliġibbli għal kull Stat Membru u r-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd.
Artikolu 2 In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-finijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stipulata fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm minimu kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.
Artikolu 3 In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-finijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stipulata fl-Anness II, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 35 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm estiż kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.
Artikolu 4
1. Il-Komunità għandha tħallas l-ewwel pagament ta’ 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità stabbilit fl-Annessi I u II wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni lil Stat Membru.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2009, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw:
2.
(a) Rapport tekniku kif jissemma fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1639/2000.
(b) L-applikazzjonijiet tagħhom għar-rimbors ta’ l-ispejjeż imġarrba fl-2008, b’rapport finanzjarju u dokumenti ta’ appoġġ.
3. Għandu jitħallas it-tieni pagament tal-kontribuzzjoni Komunitarja wara li jiġu rċevuti u jiġu approvati r-rapporti finanzjarji u tekniċi msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 5
1. Ir-rata tal-kambju ta’ l-euro użata biex jinħadmu l-ammonti eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni għandha tkun ir-rata fis-seħħ f’Mejju 2007.
2. Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq li jkunu waslu mill-Istati Membri li mhumiex qed jieħdu sehem fit-tielet fażi ta’ l-għaqda monetarja u ekonomika għandhom jinqalbu f’euro bir-rata fis-seħħ tax-xahar li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet dawk id-dikjarazzjonijiet.
Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2008. Għall-Kummissjoni Joe Borg Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS I PROGRAMM MINIMU
(EUR) Stat Membru Spejjeż eliġibbli Kontribuzzjoni Komunitarja Massima IL-BELĠJU 1258218 629109 IL-BULGARIJA 196760 98380 ĊIPRU 524938 262469 ID-DANIMARKA 5314755 2657377 IL-ĠERMANJA 3032194 1516097 L-ESTONJA 588717 294359 IL-GREĊJA 1890488 945244 SPANJA 8041538 4020769 FRANZA 7894314 3947157 L-IRLANDA 4572608 2286304 L-ITALJA 4272453 2136227 IL-LATVJA 407811 203905 IL-LITWANJA 141602 70801 MALTA 485022 242511 L-OLANDA 3356144 1678072 IL-POLONJA 729794 364897 IL-PORTUGALL 3398883 1699441 IR-RUMANIJA 420866 210433 IS-SLOVENJA 178910 89455 IL-FINLANDJA 1447228 723614 L-IŻVEZJA 3345165 1672582 IR-RENJU UNIT 7266446 3633223 Total 58764854 29382426
ANNESS II PROGRAMM ESTIŻ
(EUR) Stat Membru Spejjeż eliġibbli Kontribuzzjoni Komunitarja Massima IL-BELĠJU — — IL-BULGARIJA — — ĊIPRU — — ID-DANIMARKA — — IL-ĠERMANJA 744300 260505 L-ESTONJA 37300 13055 IL-GREĊJA 243180 85113 SPANJA 1377713 482200 IL-FINLANDJA 159392 55787 FRANZA 438480 153468 L-IRLANDA 540267 189093 L-ITALJA 581666 203583 IL-LATVJA 10817 3786 IL-LITWANJA MALTA — — L-OLANDA 437111 152989 IL-POLONJA IL-PORTUGALL 247515 86630 IR-RUMANIJA — — IS-SLOVENJA — — L-IŻVEZJA 60457 21160 IR-RENJU UNIT 1024755 358664 Total 5902953 2066033