Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2008 tat-12 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1913/2006 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura, fir-rigward ta’ l-avvenimenti operattivi fis-settur ta’ l-inbid

In forceVersion 2008-08-12from 2008-06-30
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/807@2008-08-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. Artikolu 4
  4. 1.
  5. 3.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura u jemenda ċerti regolamenti [titlu mhux uffiċjali], jiddetermina regoli dwar l-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju li jintużaw għal ċerti prezzijiet, primjums u għajnuniet fis-settur ta’ l-inbid.

(2) L-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur ta’ l-inbid ġiet emendata. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 biddel ir-reġim preċedenti tas-settur ta’ l-inbid u ppreveda miżuri ġodda, ħassar jew emenda oħrajn.

(3) Fil-każ ta’ l-appoġġ, għajnuniet u primjums taħt ir-reġim il-ġdid għall-inbid, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju jrid ikun marbut, skond il-każ, mad-data tal-bidu tas-sena tat-tagħsira, l-applikazzjoni ta’ kuntratti speċifiċi jew it-tlestija ta’ ċerti operazzjonijiet bħall-arrikkiment jew l-ipproċessar tal-prodotti ta’ l-inbid. L-avveniment operattiv li għandu jitqies għandu għalhekk ikun speċifikat għal kull sitwazzjoni.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5) L-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju għandhom jiġu stipulati b’rabta mill-qrib mal-miżuri differenti taħt ir-reġim ta’ l-inbid u għandhom ikunu applikabbli mill-istess data bħall-miżura rilevanti. L-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprevedi dati differenti dwar l-applikabbiltà ta’ dawk il-miżuri. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2008, ħlief fil-każ ta’ l-avveniment operattiv li jkun relatat mal-primjum tal-qlugħ mill-għeruq li għandu japplika mit-30 ta’ Ġunju 2008.

(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 jinbidel b’dan li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 4

1. L-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju għandu fl-ewwel jum tas-sena tat-tagħsira li fiha jingħata l-appoġġ għal dan li ġej:

1.

(a) ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

(b) l-istabbilment ta’ fondi mutwi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

(c) l-assigurazzjoni fuq il-ħsad imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2. Għall-għajnuniet imħallsa għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ prodotti sekondarji mill-vitikultura, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tas-sena tat-tagħsira li fiha jiġi distribwit il-prodott sekondarju.

3. L-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju għandu jkun fl-ewwel jum tax-xahar li fih titwettaq l-ewwel distribuzzjoni ta’ l-inbid skond kuntratt għal dan li ġej:

3.

(a) l-appoġġ mogħti għad-distillazzjoni ta’ alkoħol għax-xorb imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

(b) l-appoġġ mogħti għad-distillazzjoni ta’ kriżi imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

4. Għall-appoġġ mogħti għall-użu ta’ most konċentrat ta’ l-għeneb imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tax-xahar li fih jitwettaq l-ewwel arrikkiment minn produttur partikolari.

5. Għall-primjum mogħti b’kumpens għall-qlugħ tad-dwieli msemmi fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Lulju li jippreċedi s-sena tat-tagħsira li fiha tiġi aċċettata l-applikazzjoni għall-ħlas.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2008. Madankollu, l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu jkun applikabbli mit-30 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Awwissu 2008. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2008-08-12