Deċiżjoni EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (2008/821/PESK)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/821@2008-10-03/mt
Contents
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
(1) L-Artikolu 10(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat politiku u ta’ sigurtà, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.
(2) Premezz ta’ l-ittra tiegħu ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008, il-Kap tal-Missjoni attwali informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina il-kuntratt tiegħu fit-30 ta’ Settembru 2008.
(3) Is-segretarju ġenerali/rappreżentant għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Kai VITTRUP bħala Kap tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Is-Sur Kai VITTRUP huwa maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) mis-16 ta' Ottubru 2008.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President C. Roger