Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 822/2008 tat-18 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Awwissu 2008

In forceVersion 2008-08-18from 2008-08-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/822@2008-08-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fid-19 ta' Awwissu 2008
  4. ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 15 ta’ Awwissu 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1) Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2008.

(2) Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 961/2007.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 817/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 817/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2008. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS I Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fid-19 ta' Awwissu 2008

Kodiċi NK Isem tal-merkanziji Dazju ta' l-importazzjoni (EUR/t) 10011000 QAMĦ iebes ta' kwalità għolja 0,00 ta' kwalità medja 0,00 ta' kwalità baxxa 0,00 10019091 QAMĦ għaż-żrigħ 0,00 ex10019099 QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ 0,00 10020000 SEGALA 0,00 10051090 QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu 0,00 10059000 QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ 0,00 10070090 SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ 0,00

ANNESS II Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I (1)(2) 15 ta’ Awwissu 2008

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: (EUR/t) Qamħ Qamħirrum Qamħ iebes kwalità għolja Qamħ iebes, kwalità medja Qamħ iebes kwalità baxxa Xgħir Borża Minnéapolis Chicago — — — — Kwotazzjoni 224,74 135,95 — — — — Prezz FOB USA — — 296,57 286,57 266,57 129,17 Tariffa fuq il-Golf — 11,96 — — — — Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar 12,94 — — — — — Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96: Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam 38,70 EUR/t Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam: 37,51 EUR/t

Versions

  1. 2008-08-18