Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6266) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/831/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/831@2008-10-31/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.
(2) Għal għadd ta’ sustanzi / kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha inkella ma wasal l-ebda dossier sad-data ta’ skadenza speċifikata fl-Artikolu 9(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.
(3) Għalhekk, u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fit-8 ta’ Novembru 2007, dik l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.
(4) Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni, ċerti kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.
(5) Għalhekk għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.
(6) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti stipulati fl-Anness għandha tkun l-1 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008. Għall-Kummissjoni Stavros Dimas Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS Sustanzi u tipi ta' prodotti li d-data ta' skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dossiers tagħhom hija l-1 ta' Diċembru 2009
Isem Numru EC Numru CAS Tip ta’ prodott SMR 1,2-benżisotijażol-3(2H)-on 220-120-9 2634-33-5 2 ES 2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid] 219-768-5 2527-58-4 6 PL 2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid] 219-768-5 2527-58-4 13 PL 2-Butanon, perossidu 215-661-2 1338-23-4 1 HU 2-Butanon, perossidu 215-661-2 1338-23-4 2 HU 2-Butanon, perossidu 215-661-2 1338-23-4 3 HU 2-Butanon, perossidu 215-661-2 1338-23-4 6 HU 2-kloroaċetamid 201-174-2 79-07-2 3 EE 2-kloroaċetamid 201-174-2 79-07-2 6 EE 2-kloroaċetamid 201-174-2 79-07-2 13 EE Monoidroklorur tad-dodeċilgwanidin 237-030-0 13590-97-1 6 ES Ossidu ta’ l-etilene 200-849-9 75-21-8 2 NO Glijossal 203-474-9 107-22-2 2 FR Glijossal 203-474-9 107-22-2 3 FR Glijossal 203-474-9 107-22-2 4 FR Aċidu eża-2,4-dienojku/Aċidu sorbiku 203-768-7 110-44-1 6 DE Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol 255-953-7 42822-86-6 1 UK Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol 255-953-7 42822-86-6 2 UK Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) Polimer 374572-91-5 1 FR Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) Polimer 374572-91-5 5 FR Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) Polimer 374572-91-5 6 FR Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur) Polimer 374572-91-5 13 FR Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) Polimer 57028-96-3 1 FR Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) Polimer 57028-96-3 5 FR Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) Polimer 57028-96-3 6 FR Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur) Polimer 57028-96-3 13 FR Jodju polivinilpirrolidon Polimer 25655-41-8 1 SE Potassju-(E,E)-eża-2,4-dienoat 246-376-1 24634-61-5 6 DE Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju 223-296-5 3811-73-2 2 SE Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju 223-296-5 3811-73-2 3 SE Aċidu saliċiliku 200-712-3 69-72-7 1 LT Aċidu saliċiliku 200-712-3 69-72-7 2 LT Aċidu saliċiliku 200-712-3 69-72-7 3 LT Aċidu saliċiliku 200-712-3 69-72-7 4 LT Diossidu tas-silikon – amorfuż 231-545-4 7631-86-9 3 FR Klorur tal-fidda 232-033-3 7783-90-6 3 SE Klorur tal-fidda 232-033-3 7783-90-6 4 SE Klorur tal-fidda 232-033-3 7783-90-6 5 SE Klorur tal-fidda 232-033-3 7783-90-6 13 SE Diossidu tal-kubrit 231-195-2 7446-09-5 1 DE Diossidu tal-kubrit 231-195-2 7446-09-5 2 DE Diossidu tal-kubrit 231-195-2 7446-09-5 4 DE Diossidu tal-kubrit 231-195-2 7446-09-5 5 DE Diossidu tal-kubrit 231-195-2 7446-09-5 6 DE Diossidu tal-kubrit 231-195-2 7446-09-5 13 DE Tijabendażol 205-725-8 148-79-8 2 ES Tijabendażol 205-725-8 148-79-8 13 ES Triklosan 222-182-2 3380-34-5 3 DK Polimer ta’ formaldeide u akrolein Polimer 26781-23-7 3 HU