Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2008 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/833@2008-08-20/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment, fuqha jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bi ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ fil-merkanzija.
(3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-Kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.
(4) Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni fuq tariffa li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1 Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2 Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008. Għall-Kummissjoni Olli Rehn Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-merkanzija Klassifikazzjoni (Il-kodiċi tan-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Kabina tad-doċċa żarmata li tidħol f’kantuniera u magħmula minn: L-istruttura sħiħa għandha titpoġġa fuq il-banju tad-doċċa u titwaħħal mal-ħitan. Tnejn mil-panewijiet tal-ħġieġ iservu bħala bibien sliding. (Ara r-ritratt) 39221000 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3922 u 39221000. Il-prodott huwa oġġett kompost, ippreżentat żarmat, magħmul minn komponenti differenti. Il-komponent li jagħti lill-kabina tad-doċċa l-karatteristika essenzjali tagħha huwa l-banju tad-doċċa magħmul mill-plastik, għaliex huwa l-bażi tal-istruttura tal-kabina. Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 39221000 bħala banju tad-doċċa.
banju tad-doċċa magħmul mill-plastik bil-qisien li ġejjin: 80 (Wisa’) × 80 (Fond) × 10 (Għoli) ċm,
struttura sħiħa magħmula mill-aluminju,
erba’ panewijiet tal-ħġieġ imdaħħlin fi frejms tal-aluminju bil-qisien li ġejjin: 40 (Wisa’) × 180 (Għoli) ċm.