Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta' Novembru 2008 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni (2008/846/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2008/846@2008-11-04/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,
billi:
(1) Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill addotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.
(2) Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Fabio GAVA sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Din li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010: Is-Sinjura Maria Luisa COPPOLA, Kunsilliera Reġjonali – Assessore, Regione Veneto.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008. Għall-Kunsill Il-President C. Lagarde